Aħbarijiet fil-portal


EURES: Imbuttatura għal karriera ġdida!

F’Ġunju tas-sena l-oħra, Geoffrio Anciaux ta’ sitta u għoxrin sena, gradwat fil-ġestjoni tan-negozju mill-Università Kattolika ta’ Leuven li jgħix fi-Brussell, iddeċieda li jixtieq isiefer biex jikseb esperjenza professjonali f’ambjent internazzjonali.

Geoffroi l-ewwel beda jfittex fid-dejtabejż Actiris għal opportunitajiet ta’ xogħol relevanti. Fil-Belġju, Actiris huwa servizz pubbliku tal-impjieg responsabbli għar-reġjun ta’ Brussell u huma marbut sew mal-EURES. Permezz ta’ Actiris, Geoffroi ġie mibgħut awtomatikament għas-sit tal-internet tal-EURES, fejn sab id-dettalji ta’ kuntatt tal-Konsulent EURES tiegħu, Mélanie Chaineux. ‘Mélanie kienet verament ta’ għajnuna; saqsietni għas-CV tiegħu u bagħtitha direttament lil bosta kumpaniji ta’ konsulenza internazzjonali. Kien biss ftit jiem wara li rċevejt stedina għall-ewwel intervista tiegħi’, jiftakar Geoffroi.

Għal Geoffroi, il-proċess ta’ reklutaġġ kien wieħed mħaffef. Fi żmien 10 ijiem, ġie rreklutat minn RQA Europe, kumpanija ta’ konsulenza internazzjonali li tispeċjalizza fil-ġestjoni tal-kwalità, il-kriżi u l-inċidenti fl-oqsma kollha tas-settur ta’ prodotti tal-konsumatur, li jvarjaw minn ikel u xorb għal komposti tal-karozzi u ġugarelli. RQA Europe toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bħal taħriġ, ġestjoni ta’ inċidenti, u identifikazzjoni ta’ perikli fis-sigurtà tal-ikel f’90 pajjiż, biex tgħin il-klijenti tagħha jmexxu l-irtirar temporanju ta’ prodotti u biex jistabbilixxu l-aqwa prattika.

Ma’ RQA, Geoffroi huma responsabbli għal diversi kompiti, li jvarjaw minn żvilupp tan-negozju għall-għajnuna biex il-klijenti jsibu soluzzjonijiet għall-problemi speċifiċi tagħhom. Pereżempju, sabiex jipprovdi konsulenza għall-klijenti tiegħu fl-ambitu tas-servizzi tal-ikel, Geoffroi u t-tim tiegħu jwettqu spezzjonijiet qabel ma jintbagħtu prodotti, investigazzjonijiet ta’ prodotti, simulazzjonijiet ta’ kriżi u taħriġ ta’ għarfien sabiex il-klijent ikun aġġornat bil-leġiżlazzjoni attwali.

Fit-12-il xahar li Geoffroi ilu jaħdem ma’ RQA Europe, approfitta ħafna mill-aspett dinamiku tal-kumpanija kif ukoll mit-tkabbir u jitgħallem xi ħaġa ġdida kważi kuljum: ‘Minħabba l-ħeffa ta’ kif jiġru l-affarijiet tal-kumpanija, tgħallimt naħdem lejn dati ta’ skadenza qosra ħafna u norganizza ruħi f’mod effiċjenti. Dawn huma żewġ kompetenzi li huma essenzjali sabiex ikollok suċċess fil-konsulenza’, jispjega Geoffroi. Barra minn hekk, Geoffroi tejjeb sew il-livell ta’ Ingliż tiegħu permezz li jitkellem b’din il-lingwa kuljum.

‘Xogħli huwa eċitanti ħafna. Dejjem niffaċċja sfidi ġodda u huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li tkun kreattiv u toħloq soluzzjonijiet ġodda. Barra minn hekk, RQA nbidlet ħafna dis-sena minħabba li kbirna b’mod sinifikanti’, jgħid Geoffroi. Intant, is-settur tal-ġestjoni tal-kwalità, il-kriżi u l-inċidenti huwa ambitu li qiegħed jikber malajr b’bosta opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ kompetenzi ġodda.

Minbarra li qiegħed jikseb esperjenza professjonali, hemm ukoll il-konvenjenza li jgħix Reading li gija biss ftit mili ‘l bogħod minn Londra fl-Lvant. Geoffroi għamel ħafna ħbieb ġodda minn kull rokna tad-dinja peress li l-kollegi tiegħu wrew sens ta’ moħħ miftuħ, kienu ta’ għajnuna u laqgħawh sew.

‘Meta wasalt Reading tgħallimt naċċetta li hawnhekk għandhom kultura differenti u ppruvajt inkun soċjevoli u jkolli kuntatt man-nies tal-post’, jiftakar Geoffroi. Meta jħoss l-assenza ta’ pajjiżu jew ikun jixtieq iżur lill-familjari tiegħu jew jiltaqa’ ma sħabu, Geoffroi jaqbad l-EuroStar għall-vjaġġ qasir lejn Brussell.

Li ssib l-ewwel xogħol wara li tkun iggradwajt tista’ tkun ħaġa ta’ qtugħ il-qalb. Fi żminijiet bħal dawn fejn l-ekonomija mhijiex promettenti, gradwati żgħar bi ftit esperjenza professjonali jistgħu jsibuha diffiċli jkollhom l-ewwel sieq ġewwa. Kif jidher mill-esperjenza ta’ Geoffroi, l-EURES tista’ tkun ta’ għajnuna kbira għall-gradwati li qegħdin ifittxu ispirazzjoni. Fil-fatt, il-karriera ta’ Geoffroi kienet verament ta’ suċċess; wara li beda bi ftit esperjenza fis-settur, fi żmien sena Geoffroi kien qed imexxi tim ta’ tliet nies fi ħdan RQA Europe.

Geoffroi żamm kuntatt ma’ Mélanie u qiegħed juża l-EURES ukoll biex jirrekluta impjegati ġodda għat-tim tiegħu ma’ RQA. Jidher li l-aqwa parir li jagħti Geoffroi lil gradwati żgħażagħ li qegħdin ifittxu imbuttatura għall-karriera ġdida huwa li kapplikaw permezz tal-EURES.

« Lura