Aħbarijiet fil-portal


IL-ĠRANET EWROPEJ TAX-XOGĦOL 2012
L-impjieg tiegħek fl-Ewropa

Fil-ħarifa li ġejja, ipprova kabbar il-possibilità li ssib xogħol f’waħda mill-bosta ‘Ġranet Ewropej tax-Xogħol’ – il-post ideali biex tingaġġa impjegati ġodda, tiltaqa’ ma’ impjegaturi, tiddiskuti l-pjanijiet tiegħek ma’ Konsulent tal-EURES jew issir taf iżjed dwar l-għajnuna li jista’ jagħtik il-EURES.           
 
Iggradwajt dan l-aħħar u interessat issib opportunità f’pajjiż Ewropew ieħor? Jew int professjonist bl-esperjenza u qed tfittex sfida ġdida? Forsi tħaddem in-nies miegħek u teħtieġ ħaddiema kkwalifikati b’kompetenzi partikulari? Hu x’inhu l-każ tiegħek, Ġurnata Ewropea għax-Xogħol tagħtik l-opportunità perfetta biex tiltaqa’ ma’ nies ġodda u biex tiskopri x’possibiltajiet joffri s-suq tax-xogħol Ewropew.
 
X’jiġri fil-Ġranet Ewropej tax-Xogħol?
 
Sempliċi – min iħaddem u min qiegħed ifittex xogħol jiltaqgħu u jaraw jaqblux.
Ejja u:
  • Iltaqa’ ma’ konsulenti tal-EURES b’għarfien speċjalizzat dwar ix-xogħol fl-Ewropa
  • Irċievi parir skont il-każ tiegħek dwar it-tiftix tiegħek għax-xogħol fl-Ewropa
  • Sir af x’teħtieġ biex tgħix u taħdem f’pajjiż Ewropew ieħor
  • Skopri opportunitajiet ta’ impjieg uniċi
  • Tkellem ma’ impjegaturi dwar x’qiegħed tfittex.
Ħu miegħek xi kopji tas-CV tiegħek u ħejji bosta mistoqsijiet għall-konsulenti tal-EURES u għall-impjegaturi, li żgur ikunu ħerqana biex jgħinuk tfittex impjieg fl-Ewropa.
 
Il-Ġranet Ewropej tax-Xogħol ivarjaw fid-daqs u fl-għanijiet, iżda kollha jkollhom l-istess għan li jħeġġu l-mobilità fl-Unjoni Ewropea u li jpoġġu, m’hemmx xi ngħidu, il-kandidat ideali fl-impjieg battal ideali. Il-parteċipanti kollha jingħataw informazzjoni importanti fuq ix-xogħol u fuq ir-reklutaġġ barra minn pajjiżhom, fosthom b’servizzi ta’ impjiegi u b’pariri prattiċi konkreti. L-attivitajiet infushom jistgħu jvarjaw minn fieri tal-impjiegi, għal seminars u konferenzi, għal sessjonijiet ta’ informazzjoni. Hi x’inhi l-preferenza tiegħek, żgur għandek issib xi attività li tolqtok.
 
Hemm mijiet ta’ attivitajiet li qed isiru fl-Ewropa kollha. Ara l-kalendarju tal-EURES biex issir taf x’qiegħed jiġri fiż-żona tiegħek. Tista’ tapplika għall-bullettin tagħna u tirċievi l-aħħar aħbarijiet tal-EURES direttament fl-inbox tiegħek – sempliċement iftaħ kont My EURES minn dan il-portal. L-impjieg perfett għalik qiegħed biss għafsa waħda ’l bogħod minnek!      

« Lura