Iffoka fuq...

Kif għandek taħseb bħala wieħed li tagħmel intervista

Intervista tista’ tkun esperjenza stressanti għal ħafna kandidati.Madankollu, għal min jagħmel l-intervista, hija sempliċi rutina u parti mix-xogħol ta' kuljum.Sabiex l-intervista tkun suċċess, aħseb bħall-impjegatur u kun imħejji.
 
Teżisti fehma komuni qadima li tgħid li dawk li jagħmlu intervista jiddeċiedu jekk iridux jimpjegawk fi żmien 30 sekonda mill-bidu tal-intervista għall-impjieg. Kieku dan kien minnu, ċertament li l-intervisti jkun ferm iqsar milli fil-fatt huma. Iżda hemm daqsxejn verità wara dan il-ħsieb. Min jagħmel l-intervista jkun qed jagħmel l-ewwel ġudizzju fuq il-karattru tiegħek u l-abbiltà tiegħek li tissodisfa r-rwol. Huwa diffiċċli li teħles mill-ewwel impressjonijiet, għalhekk huwa essenzjali li l-ewwel impressjoni li tagħti lil min jagħmillek l-intervista tkun waħda pożittiva.  
 
Min jagħmel l-intervista ser jivvalutak dwar l-esperjenza teknika tiegħek, kemm huwa faċli taħdem miegħek, u kif tidher, biex jiżgura li inti l-aħjar kandidat li għandu jintgħażel. Peress li x’aktarx tkun ser taħdem bħala parti minn tim, ser jivvalutaw jekk hux faċli titkellem miegħek, jekk huwiex komdu taħdem miegħek u jekk intix tajjeb biex tistabbilixxi relazzjonijiet malajr.
 
The five “P’s” (Il-ħames “P’s”)
 
Kif jgħid proverbju qadim, “Proper Planning Prevents Poor Performance”. (“Ippjanar Xieraq Jipprevjeni Prestazzjoni Fqira”) Tabilħaqq, l-aħjar mod kif tħejji ruħek għal intervista huwa li tpoġġi lilek innifsek minflok l-impjegatur. Meta tħejji t-tweġibiet tiegħek, ħares lejn il-ħiliet tekniċi meħtieġa għall-impjieg u qabbilhom mal-esperjenzi veri ta’ ħajtek stess. Evalwa kull ħila jew kompetenza meħtieġa u staqsi lilek innifsek kif tista’ turi taqbila mal-ħiliet waqt l-intervista. Ipprattika t-tweġibiet tiegħek ma’ xi ħbieb jew mal-familja. Il-fatt li titkellem aktar bil-mod jgħinek biex tikkalma u jurik bħala aktar kunfidenti. Tkellem ċar u l-volum tal-vuċi għandu jkun bħal dak ta’ min qed jagħmel l-intervista. Ipprattika xi ftit sentenzi li tibda bihom, u ħejji ruħek għall-mistoqsijiet inevitabbli bħal ‘x’inhu l-isfond tiegħek?’, ‘għaliex inti interessat f’dan ir-rwol?', jew 'x'inhuma s-saħħiet u d-dgħufijiet tiegħek?'.
 
Min jagħmel l-intervista jrid ikun jaf li inti interessat fl-impjieg. Minflok tintilef twieġeb mistoqsijiet qisek magna, ftakar li uri l-personalità tiegħek. Għid eżattament għaliex taħseb li inti adatt eżatt għall-pożizzjoni, u tkellem bl-akbar entużjażmu meta twieġeb il-mistoqsijiet.
 
Jekk tkun taf minn qabel lill-persuni li ser jagħmlulek l-intervista, irriċerka l-isfond u r-rwol tagħhom fil-kumpanija. Dan jista’ jġegħlek tifhem aħjar it-tipi ta’ mistoqsijiet li jistgħu jagħmlulek.
 
Għalkemm huwa importanti li l-ewwel impressjoni li tagħmel fuq impjegatur potenzjali tkun qawwija, minbarra li twieġeb kull mistoqsija b’mod kompetenti, li tagħlaq l-intervista b’mod qawwi, huwa daqstant importanti. Minflok li tispiċċa b’mod kajman, għandek tħalli impressjoni dejjiema. Tista’ tagħmel dan billi tistaqsi lil min jagħmel l-intervista xi mistoqsijiet relatati mar-rwol u l-kumpanija. L-impjegaturi jridu jkunu jafu li inti interessat fil-pożizzjoni, fil-kumpanija u li inti għamilt ir-riċerka tiegħek tajjeb ħafna.
 
Aqra iżjed:
 
 
 
Fittex Jum għall-Impjiegi fil-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
 
 
Fittex dwar x’jista’ jagħmel l-EURES għall-impjegaturi

Issieħeb fl-EURES fuq Facebook
 
Segwi l-EURES fuq Twitter
 
Aqbad mal-EURES fuq LinkedIn
 
Segwi l-EURES fuq Google+

 

Test editjat fi: 01/2013


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.