Iffoka fuq...

L-EURES jappoġġja lil kumpanija multinazzjonali b’reklutaġġ Ewropew

Il-kooperazzjoni dejjem għaddejja bejn l-EURES u l-kumpanija multinazzjonaliInfosys BPO wasslet għal għadd ta’ lokalizzazzjonijiet b’suċċess għall-persuni Ewropej li jfittxu impjieg. Bi ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li qed ikomplu jikbru, il-kumpanija qiegħda tespandi wkoll l-involviment tagħha fin-netwerk tal-EURES.
 
Infosys BPO hija sussidjarja ta’ Infosys Ltd. u taħdem fil-qasam tal-esternalizzazzjoni tal-proċessi tan-negozji. B’aktar minn 18 900 impjegat u preżenza fid-dinja, Infosys BPO għandha saħħa kbira fis-settur tas-suq tagħha u teħtieġ b’mod regolari speċjalisti kkwalifikati bis-sħiħ u multilingwi.
 
Tul dawn l-aħħar bosta snin, in-netwerk tal-EURES ħadem b’diliġenza biex jassisti lill-kumpanija fl-isforzi ta’ reklutaġġ tagħha, billi sfrutta l-esperjenza, l-għarfien u l-kapaċitajiet uniċi tal-Konsulenti tal-EURES. “Fil-kwartieri ġenerali tagħna fil-belt ta’ Brno fir-Repubblika Ċeka, għandha speċjalisti li jitkellmu bi 15-il lingwa tal-UE,” tispjega Milada Burianova, Speċjalista tar-Riżorsi Umani f’Infosys BPO. “Il-EURES jinsab f’qagħda unika biex jgħinna nsibu t-tip ta’ persuni li neħtieġu.”
 
Bl-appoġġ tal-EURES, id-ditta ħadet sehem f’żewġ avvenimenti ta’ Job Days Ewropej fl-2011 – wieħed fil-belt Svediża ta’ Malmö u l-oħra fil-belt kapitali ta’ Franza, Pariġi. “Dawn it-tipi ta’ avvenimenti huma opportunità eċċellenti għalina biex nirreklamaw il-postijiet tax-xogħol battala tagħna fil-livell Ewropew,” tgħid Milada.
 
Mill-2008-2009, il-kumpanija daħħlet tmien impjegati b’riħet il-kooperazzjoni persistenti mal-EURES u bħalissa, Infosys BPO qiegħda tirreklama postijiet tax-xogħol battala permezz tan-netwerk għal speċjalisti fis-servizz tal-klijenti li jitkellmu bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż, u speċjalisti tal-Informatika li jitkellmu bil-Ġermaniż, bl-Isvediż, il-Portugiż, bl-Ispanjol jew bil-Grieg.
 
Bħalissa Infosys BPO qiegħda tikkoopera mill-qrib mal-EURES u biħsieba tattendi żewġ avvenimenti ta’ reklutaġġ ta’ profil għoli tal-EURES fl-Isvezja u l-Ġermanja fl-2012. “Naħseb il-ħidma tagħna ma’ EURES kienet ċertament xi ħaġa pożittiva u ħerqana li nkomplu nsaħħu l-kooperazzjoni bejnietna,” ttemm Milada.
 
Aktar tagħrif:
 
 
 
Sir af aktar dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol f’pajjiżi Ewropej differenti fuq il-Portal dwar il-Mobbiltà tax-Xogħol tal-EURES
 
 
Sir af aktar dwar x’jista jagħmel l-EURES għall-impjegaturi

Test editjat fi: 5/2012


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.