Iffoka fuq...

Il-25 sena anniversarju tal-Erasmus

Din is-sena l-programm Erasmus iċċelebra 25 sena ta’ promozzjoni tal-mobbiltà ta’ studenti.Ser nagħtu ħarsa lura lejn il-programm, is-suċċessi tiegħu, u ser nisimgħu kummenti ta’ xi wħud minn dawk li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni fl-Erasmus matul is-snin. 
 
Il-programm Erasmus beda fl-1987 bħala proġett waħdu fost 11-il Stat Membru tal-UE. Fl-ewwel sena tiegħu 3 244 student intbagħtu barra pajjiżhom biex jibbenefikaw mill-esperjenza li jistudjaw u jgħixu f’pajjiż ieħor tal-UE jew fl-Islanda, il-Kroazja, il-Lichtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija. Inbidlu ħafna affarijiet minn dan il-bidu modest. Tul dawn il-25 sena, aktar minn 2 700 000 student ipparteċipaw fil-programm Erasmus u attwalment 4 % tal-istudenti kollha fit-33 pajjiż parteċipant jieħdu l-opportunità li l-Erasmus sabiex iqattgħu parti mill-programm ta’ studju tagħhom f’università barranija.
 
“Il-valur kulturali ta’ skambju ma jistax jiġi akkwistat billi wieħed jaqra dwaru, iżda trid
tgħaddi mill-esperjenza tiegħu [..] Kienet opportunità mill-aqwa li niltaqa’ ma’ ħbieb ġodda mill-Ewropa kollha u llum inħossni aktar Ewropea minn qabel ma tlaqt," qalet Nina Siig Sinonsen li kienet studenta Daniża tal-Erasmus fil-Litwanja fl-2009. 
 
L-Erasmus jirrappreżenta opportunità mhux biss għall-istudenti interessati fil-mobbiltà Ewropea, iżda wkoll għal xi professjonisti bħal lekċerers universitarji. Rumyana Todorova tgħallem fl-Università ta’ Shumen fil-Bulgarija u għallmet f’universitajiet fl-Ewropa kollha grazzi għall-Erasmus. “Għalkemm tista’ taħseb li inti midħla tal-kultura li ser tmur fiha, meta tkun hemmhekk issib li dejjem hemm xi ħaġa ġdida x’titgħallem,” hija saħqet.
 
Għall-parteċipanti kollha, l-opportunità li jqattgħu perjodu barra pajjiżhom toffri esperjenzi importanti ħafna li jistgħu jgħinuhom kemm fil-ħajja personali kif ukoll f'dik professjonali. Milada Hlavácková hija Lekċerer u Koordinatur tal-Erasmus fl-Università Teknika ta’ Ostrava fir-Repubblika Ċeka. Hija tinnota li l-istudenti, pereżempju, jirritornaw minn barra b’ “ħiliet lingwistiċi aħjar u b’xi ħaġa differenti li jinkludu fil-curriculum vitae tagħhom li tiddistingwihom minn gradwati oħrajn.”
 
Il-valur ta’ perjodu ta’ studju jew xogħol barra taħt l-awspiċi tal-programm Erasmus ma jistax jiġi sottovalutat, u fil-fatt, il-benefiċċji tal-karriera potenzjali futura huma ħafna drabi wieħed mill-fatturi primarji li jimmotivaw għall-parteċipazzjoni. José Antonio Acerete, Konsulent tal-EURES fi Spanja li ħadem ma’ persuni li kienu qed ifittxu xogħol u kienu wkoll ipparteċipaw fl-Erasmus, jaqbel li l-programm jiftaħ il-bieb għall-Ewropa, “jikkumplimenta l-attivitajiet tal-EURES fit-tiftix ta’ żvilupp personali u professjonali.”
 
Aqra iktar:
 
Fittex Ġurnata Ewropea tax-Xogħol fil-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES 
 
 
Fittex aktar dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għixien f’pajjiżi Ewropej differenti fuq il-Portal tal-EURES dwar il-Mobbiltà tal-Impjiegi
 
 
Fittex ħaddiema kkwalifikati fil-Bażi tad-dejta tas-CVs tal-EURES
 
Fittex x’jista’ jagħmell-EURES għalmin iħaddem


Test editjat fi: 04/2012


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.