Iffoka fuq...

Aġenzija tar-Reklutaġġ taħdem id f’id mal-EURES

Biex tilħaq it-talbiet dejjem jikbru tal-industrija tal-vapuri tal-kroċera, l-aġenzija speċjalizzata tar-reklutaġġ, Seven Seas Group, irrikorriet għand l-EURES biex tgħinna tagħżel l-aħjar kandidati għal diversi tipi ta’ xogħlijiet.Fl-2011, aktar minn 200 ruħ sabu impjieg grazzi għal din il-kooperazzjoni kontinwa.
 
“L-EURES għandu rwol importanti mhux biss fil-promozzjoni tal-pożizzjonijiet iżda wkoll fil-proċess tal-għażla tal-kandidati,” spjegat il-konsulenta tal-konsulent EURES, Malin Dahl. “Ladarba s-Seven Seas Group ikollhom lista ta’ kandidati li jkunu għaddew mill-ewwel parti tal-proċess tal-għażla tal-EURES u bagħtulhom l-invit għall-intervista, l-EURES jieħu ħsieb il-post fejn se jsiru l-intervisti u l-preżentazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe għajnuna oħra meħtieġa.”
 
Jessica Malmberg, Speċjalistà tar-Reklutaġġ għal Seven Seas Group Europe hija tal-fehma li l-kooperazzjoni mal-EURES hija ta’ ġid għal kulħadd: “Malin u l-kollegi tagħha dejjem lesti jgħinnu f’dak li jkun hemm bżonn biex jagħmel xogħlna eħfef u aħjar.”
 
Rigward dak li għandu x’jaqsam mal-kandidati, mhemmx nuqqas ta’ interess għal impjiegi li jvarjaw minn baristi għal wejters, minn uffiċjali fir-riżorsi umani għal ħaddiema tal-IT, fotografi jew animaturi għax-xows li jkun hemm. “Il-preżentazzjonijiet li nagħmel jien intlaqgħu tajjeb. Dejjem ikun hemm kamra mimlija nies għatxana li jsiru jafu iktar fuq l-industrija tal-kroċieri” qalet Jessica.
 
Madanakollu mhux kulħadd huwa maqtugħ għal xogħol fuq vapur tal-kroċiera. “Esperjenza bħal din tirrikjedi persuna determinata b’personalità addattata. Aħna nfittxu nies li għandhom 21* sena jew aktar b’kariżma soċjali, flessibbli, indipendenti, kapaċi jaħdmu f’ambjent multikulturali, ma jiddejqux ikunu ‘l bogħod mid-dar għal sitt xhur kull darba, u li huma dedikati biex jaħdmu sew u jieħdu gost waqt li jkunu qed jaħdmu,” spjegalitna Jessica.  
 
Fi Frar 2011, waqt attività ta’ reklutaġġ organizzata mill-EURES, aktar minn 80 persuna kienu intervistati, u 73 minnhom kienu eventwalment reklutati. F’dik is-sena, b’kollox, madwar 200 persuna li kienu qed ifittxu impjieg baħħru lejn opportunità ta’ karriera ġdida grazzi għal din il-kooperazzjoni kontinwa.
 
Malin qed tistenna rispons kbir meta l-kumpanija tirritorna lejn Malmo, l-Isvezja, għall-attività ta’ reklutaġġ li jmiss fl-1 ta’ Frar 2012.
 
 
 
 
 
Aqra iktar:
 
Għal aktar informazzjoni dwar l-impjiegi battala jew il-laqgħa li jmiss ikkuntattja lill-konsulenta tal-EURES Malin Dahl: malin.dahl@arbetsformedlingen.se jew Anders Nyhagen: anders.nyhagen@arbetsformedlingen.se
 
Għal aktar informazzjoni dwar dawn jew impjiegi battala oħra, fittex fid-Dejtabejż tal-impjiegi tal-EURES
 
 
Fittex aktar dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għixien f’pajjiżi Ewropej differenti fuq il-Portal tal-EURES dwar il-Mobbiltà tal-Impjiegi
 
Fittex ħaddiema kkwalifikati fil-Bażi tad-dejta tas-CVs tal-EURES
 
* Din hija l-età minima biex persuna taħdem fuq vapur tal-kroċiera.
 


Test editjat fi: 02/2012


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.