Iffoka fuq...

L-età mhijiex ta’ ostakolu għal konsulent Olandiż li issa qed jaħdem fil-Polonja

Meta Henk Marrink ta’ 59 sena ma setax isib impjieg xieraq fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, il-Pajjiżi l-Baxxi, huwa ddeċieda li jfittex għal opportunitajiet barra mill-pajjiż. Bl-għajnuna tal-Konsulent tal-EURES tiegħu, Henk irnexxielu jikseb impjieg ta’ konsulenza bħala Speċjalista Anzjan fil-Proċess tal-Finanzi u l-Kontabbiltà fi Krakovja, il-Polonja.

“Jien kont bla xogħol għal madwar sentejn u nofs u kont ikkonkludejt li ma kellix xorti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Jien jew kont ikkwalifikat iżżejjed jew anzjan iżżejjed,” jgħid Henk. “Jien se nagħlaq 60 din is-sena u fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa diffiċli ħafna għal persuni anzjani li jsibu xogħol, speċjalment meta hemm ukoll iż-żgħażagħ ifittxu l-impjiegi.”

Bl-għajnuna tal-Konsulent tal-EURES tiegħu, Barbara Gorter-Zahuta, Henk applika għal diversi impjiegi fir-Renju Unit (l-Iskozja), l-Irlanda, il-Bulgarija, u l-Polonja.
 
Is-suċċess wasal meta Barbara infurmat lil Henk li kien hemm xi postijiet vakanti fil-konsulenza ta’ Capgemini fil-Polonja.

“Jien kont naf li hu kien se jkun interessat biex jaħdem fil-Polonja minħabba li qabel huwa kien applika għal pożizzjoni oħra fl-uffiċċju ta’ Gdansk tal-grupp tal-industrija tal-kimika Finlandiża ta’ Kemira , u għax kien qalli li verament togħġbu l-Polonja u kien interessat li jgħix hemm. Minħabba li aħna kellna xi postijiet vakanti minn Capgemini fi Krakovja, jien issuġġerejt li huwa japplika," tgħid Barbara.

Henk kien entużjast ħafna dwar din l-opportunità, għalhekk Barbara għaddiet is-CV tiegħu lill-kumpanija u għaddietlu kelma tajba magħhom. Hija wkoll ikkonvinċiet lill-maniġment f’Capgemini li filwaqt li Henk kien esperjenzat ħafna fil-professjoni tiegħu, huwa fehem li l-ħajja fil-Polonja kienet irħas minn dik tal-Pajjiżi l-Baxxi u li għalhekk ma jkunx qed jistenna salarju li l-kumpanija ma tkunx taffordja.

Capgemini għoġobhom dak li raw u stiednu lil Henk għal intervista fuq Skype, fejn wara hu kien offrut l-impjieg.

Opportunitajiet mhux sfruttati fl-Ewropa

Barbara tissuġġerixxi li ħafna nies li kellhom problema biex isibu xogħol fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom minħabba l-età tagħhom jew raġunijiet oħra xorta jistgħu jsibu opportunitajiet kbar f'pajjiżi oħra Ewropej.

“Li tfittex xogħol f’pajjiżi oħra, inkluż fl-Istati Membri l-ġodda tal-UE, hija għażla tajba – b’mod partikolari jekk int għandek ħafna esperjenza u inti speċjalista fil-professjoni tiegħek. L-għarfien tal-lingwi jgħin ukoll”, tgħid hi.

Minn naħa tiegħu, Henk huwa eċċitat dwar ix-xogħol fil-Polonja. “Qed nistennih bil-ħerqa. Hija xi ħaġa pjuttost ġdida. Jien żort il-Polonja diversi drabi u jogħġobni l-pajjiż. Huwa sabiħ u n-nies huma dħulin u simpatiċi ħafna.”

Aqra aktar:

Żur il-websajt ta’ Capgemini

Fittex impjieg fil-(bażi tad-dejta tal-Impjiegi tal-EURES) EURES Job Database

Sib (Konsulent tal-EURES) EURES Adviser

Fittex aktar dwar il-(kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien) working and living conditions f’pajjiżi Ewropej differenti fuq il-Portal tal-Mobilità tal-Impjiegi tal-EURES

Issieħeb ma’ EURES fuq Facebook

Segwi EURES fuq Twitter

Ingħaqad ma’ EURES fuq LinkedIn

Segwi EURES fuq Google+
 
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Jekk jogħġbok innota li la l-EURES u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma japprovaw l-ebda websajts ta’ partijiet terzi msemmija hawn fuq.

 

Test editjat fi: 05/2014


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.