Iffoka fuq...

Il-gwida aġġornata “Lest biex tiċċaqlaq?” issa hija disponibbli

Il-gwida popolari tal-EURES Lest biex tiċċaqlaq? tiġbor flimkien aktar minn 20 sena ta’ esperjenza tal-EURES dwar it-tiftix għal u s-sejbien ta’ impjiegi fl-Ewropa.Wara li ġiet aġġornata reċentement, issa tinsab disponibbli f'25 lingwa u bħala ktieb elettroniku.

Il-gwida tista’ tgħinek biex ittejjeb il-possibbiltajiet tiegħek li ssib impjieg f’parti oħra tal-Ewropa. Fiha għajnuniet ġenerali kif ukoll speċifiċi għall-pajjiż imfasslin biex jgħinu fit-tiftix għal opportunitajiet ta’ impjieg, kif jintbagħtu applikazzjonijiet, u kif ittejjeb il-ħiliet tiegħek għal intervista.
 
Kull Stat Membru tal-UE flimkien mal-Islanda, il-Lichtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera għandhom taqsimiet adattati fil-gwida li jagħtu informazzjoni fid-dettal dwar is-swieq u l-prattiki tagħhom tal-impjiegi. Dawn it-taqsimiet jistgħu jgħinuk tkun taf dwar it-tiftix għal impjieg u l-proċess ta’ applikazzjoni, kif ukoll il-kultura tal-post tax-xogħol ta’ kwalunkwe pajjiż li tkun qed taħseb li tmur taħdem fih.
 
Pereżempju, f’xi pajjiżi bħall-Ġermanja, hija prattika komuni li tinkludi ritratt mal-applikazzjoni tiegħek, filwaqt li f’oħrajn bħar-Renju Unit, mhuwiex il-każ. L-ilbies adatt għal intervista, l-importanza tal-puntwalità, u l-forniment ta’ referenzi formali, huma biss uħud mill-fatturi l-oħra li jvarjaw tul il-pajjiżi Ewropej.
 
Tul il-gwida kollha, issib serje ta’ kwotazzjonijiet u testimonjanzi minn Konsulenti tal-EURES, nies li jfittxu x-xogħol li kellhom success, u impjegaturi, li jipprovdu għajnuniet dwar l-għixien u x-xogħol barra l-pajjiż.
 
Ladarba jkollok suċċess u ssib impjieg f’pajjiż Ewropew ieħor, hemm ukoll informazzjoni dwar kif tintegra fl-ambjent ġdid tiegħek, u għajnunjiet dwar kif tiffaċċja x-xokk kulturali.
 
B’51 % tal-utenti tal-internet tal-UE fuq mill-inqas pjattaforma waħda tal-midja soċjali, il-gwida tagħti pariri wkoll dwar l-użu tal-midja soċjali, sabiex tgħinek timpenja ruħek ma’ impjegaturi potenzjali. Turik ukoll kif tippreżenta ruħek online bl-aħjar mod bl-iżvilupp ta’ profil effettiv u professjonali tal-midja soċjali.
 
 
Aqra iktar:
 
 
 
 
 
Issieħeb fl-EURES fuq Facebook
 

Test editjat fi: 05/2015


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.