Iffoka fuq...

“L-ewwel impjieg tiegħek permezz tal-EURES” jgħin infermiera Griega jitgħallmu l-Finlandiż

Wara li kien tgħallem il-Grieg u aktar tard l-Ingliż, Alexandros Giannoulakis ma basarx li l-Finlandiż kienet se tkun il-lingwa li kien imissu jitgħallem.Madankollu, issa li huwa wieħed minn tmien infermiera Griegi li marru joqogħdu Tampere, korsijiet fil-lingwa Finlandiża huma obbligatorji.
 
Mainiovire, fornitur kbir tal-kura tas-saħħa fil-Finlandja, ilu jaħdem mal-Konsulenti tal-EURES għal sentejn. Fil-passat użaw dan in-network biex jimpjegaw infermiera minn Spanja, għaldaqstant kien pass naturali li rrikorrew għand l-EURES meta kellhom nuqqas ta’ ħaddiema. Kien hawnhekk li saru jafu bl-iskema ta’ “L-ewwel impjieg tiegħek permezz tal-EURES” (Your first EURES job - YfEj), skema bil-għan li tgħin żgħażagħ li qed ifittxu impjieg isibu xogħol f’pajjiżi oħra Ewropej, kif ukoll tipprovdi appoġġ għal min iħaddem. Peress li Mainiovire kienu qed ifittxu professjonisti żgħażagħ minn Stati Membri oħra, ikkuntattjaw lis-Servizz tal-Impjiegi ta’ Aarhus fid-Danimarka, li huwa wieħed mill-uffiċċini ewlenin responsabbli minn din l-iskema. Deher pass naturali, pass li jgħin lilhom u lill-impjegati ġodda li kienu qed ifittxu xogħol, billi fost l-oħrajn jipprovdilhom appoġġ għal-lezzjonijiet tal-lingwa. Minn hemmhekk irrakkomandawlhom jikkuntattjaw lill-EURES tal-Greċja fejn kien hemm aktar professjonisti tas-saħħa żgħażagħ min-numru meħtieġ.
 
Alexandros kien wieħed minn dawn il-professjonisti żgħażagħ. Wara li sar jaf bil-pożizzjoni mingħand ħabib fil-Finlandja, fittex il-kumpanija u bagħtilhom is-CV. Il-Maniġer Reġjonali, Rajkumar Sabanadesan, ikkuntattjah u għaddielu iktar informazzjoni fuq il-pożizzjoni kif ukoll mar il-Greċja biex jintervista lilu u kandidati oħra. Wara l-intervista, Alexandros u sebgħa oħra ntagħżlu u marru jgħixu u jaħdmu Tampere.
 
“Sitta minna qed jgħixu Tampere u t-tnejn l-oħra qed joqogħdu f’irħula viċin. Għalija qisni mhux qed ngħix barra minn pajjiżi, imma naħseb f’nofs ix-xitwa nirrealizza sew fejn qiegħed! L-iskema kienet utli ħafna u nirrakkomandaha lil kulħadd. Kien diffiċli biex niġi hawn għax fil-Greċja għad għandi l-familja u t-tfajla imma nħoss li bdejt ħajja ġdida taħt l-aħjar ċirkostanzi possibbli” qal Alexandros.
 
Kompla billi żied: “Se nibda nitgħallem il-Finlandiż il-ġimgħa d-dieħla u diġà kellna xi lezzjonijiet fil-Greċja. Għandi seba’ mitt sena biex nibda nitkellem sew.”
 
Marja Kiiskinen, aġenta tar-reklutaġġ fil-qasam tal-kura tas-saħħa li taħdem mill-qrib mal-EURES biex timpjega infermiera, qalet li “din l-iskema tal-EURES hija opportunità tajba għall-professjonisti żgħażagħ b’livell ta’ edukazzjoni biex ifittxu impjiegi f’pajjiżi oħra tal-UE u tgħinhom qatigħ meta jiġu biex jiċċaqilqu minn pajjiżi għall-ieħor biex jibdew ħajja ġdida f’pajjiż ġdid.”
 
 
Aqra iktar:
 
 
Fittex Jum għall-Impjiegi fil-Kalendarju tal-attivitajiet tal-EURES
 
 
 
Fittex impjieg fil-EURES Job Database
 
Sir af x’jista’ jagħmel l-EURES għal min iħaddem
 
Ingħaqad mal-EURES fuq il-Facebook
 
Segwi l-EURES fuq Twitter
 
Ingħaqad mal-EURES fuq LinkedIn
 
Follow EURES on Google+
 

Test editjat fi: 08/2013


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.