Iffoka fuq...

Mill-fiera tar-reklutaġġ tal-EURES għal impjieg ġdid fi żmien xahar

Permezz tal-fiera tar-reklutaġġ li l-EURES organizza f’Amersfoort fiċ-ċentru tal-Olanda, diversi persuni li kienu qed ifittxu impjieg marru bl-iskop li jsibu dik l-opportunità li xtaqu filwaqt li min iħaddem ukoll kien ħerqan isib talent ġdid.Persuna li kienet qed tfittex impjieg sabet xogħol Belfast xahar biss wara din l-attività.
 
Kimmo de Gooijer, raġel ta’ 31 sena minn Blaricum fit-tramuntana tal-Olanda, kien ilu qiegħed minn Ottubru 2012. Kien qed jgħix mal-ġenituri tiegħu meta sar jaf bil-jum ta’ reklutaġġ “Be heard in Europe” f’April ta’ din is-sena permezz tas-sit tas-servizz pubbliku Olandiż tal-impjiegi. Kien il-bidu ta’ proċess li ntemm billi sab impjieg ma’ kumpanijia li toffri s-servizzi lin-negozji bl-isem ta’ Concentrix bħala microsoft moderator. Xogħlu hu li jwieġeb il-mistoqsijiet fuq il-forum pubbliku tal-Microsoft u jagħti konsulenza lill-klijenti.
 
Cindy Sijmonsma Konsulenta tal-EURES ibbażata f’Den Helder u l-kollega tagħha f’Amersfoort Evert Van der Meijden, kienu responsabbli mill-organizzazzjoni tal-attività li damet ġurnata għal dawn in-nies li kienu qed ifittxu impjieg f’ċentri ta’ kuntatt għall-konsumaturi, l-uffiċini ta’ riservazzjoni u ħelp desks. Kien hemm attendenza ta’ tmien kumpaniji minn sitt pajjiżi differenti.
Cindy qalet “Nafu li min iħaddem jippreferi kuntatt wiċċ imb wiċċ waqt il-proċess ta’ reklutaġġ”. “Wara li rreklamajna fiċ-ċentri tal-impjiegi, fuq il-portal tal-EURES u tas-Servizz-pubbliku Olandiż tal-impjiegi, l-UWV u sit oħrajn, 80 ruħ ġew mingħajr ma konna nafu bihom.”
 
Min kien qed ifittex impjieg kellu “laqgħat mgħaġġla” qosra ma’ min iħaddem u ġew skambjati d-dettalji ta’ kuntatt. Minn dakinhar, tal-inqas erba’ minn nies bdew jaħdmu grazzi għall-kuntatti li saru f’din l-attività. Wieħed minnhom Kimmo. Kimmo qal “Ikkuntattjajt lil Cindy permezz tas-sit u qaltli li Concentrix se jattendu għall-fiera f’Amersfoort”.
 
L-ewwel kuntatt waqt il-fiera tar-reklutaġġ wassal għal eżami lingwistiku bil-kitba kif ukoll eżami tekniku – it-tnejn li huma permezz tal-email. “Wara li saru dawn, iddeskrivejt il-motivazzjoni tiegħi fuq it-telefown lil dawk li kienu qed jeżaminawni biex jirreklutawni,” kompla jgħid Kimmo. “Riedu jkunu jafu x’kienu l-pjanijiet tiegħi u kemm għandi f’moħħi li ndum nagħmel dan ix-xogħol. U dakinhar stess kelli nitkellem ma’ xi Olandiżi li kienu diġà jaħdmu mal-kumpanija – biex inkun nista’ nistaqsi ximistoqsijiet li kelli u huma jkunu jistgħu jaraw il-ħiliet lingwistiċi tiegħi fl-Olandiż.
 
“Il-proċess sħiħ ta’ reklutaġġ dam xahar – minn dakinhar li attendejt għall-fiera tar-reklutaġġ sa meta rċevejt l-ittra li kont se nibda naħdem. U ġimgħa wara kont fuq l-ajruplan fi triqti għal Belfast.”
 
Aqra iktar:
 
 
Sir af x’jista’ jagħmel l-EURES għal min qed ifittex impjieg
 
Sir af x’jista’ jagħmel l-EURES għal min iħaddem
 
Fittex Jum għall-Impjiegi fil-Kalendarju tal-attivitajiet tal-Events
 
 
 
Ingħaqad mal-EURES fuq il-Facebook
 
Segwi l-EURES fuq Twitter
 
Ingħaqad mal-EURES fuq LinkedIn
 
Segwi l-EURES fuq Google+

 

Test editjat fi: 07/2013


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.