Iffoka fuq...

L-EURES jgħin lill-mekkaniks imorru fin-Nord biex isibu opportunitajiet ġodda

Żewġ mekkaniks Spanjoli sabu xogħlijiet tajbin fil-Finlandja grazzi għan-netwerk tal-EURES u l-Portal tal-Mobilità tax-Xogħol.
 
Il-garaxx ta’ Jag-Finn Oy Jaguar hija intrapriża familjari f’Espoo qrib Ħelsinki. Is-Sajf li għadda, il-garaxx beda jsibha diffiċli jimpjega mekkaniks lokali u għaldaqstant irrikorra għand l-EURES għall-għajnuna.
 
“Huwa fatt li fil-Finlandja mhux daqshekk faċli ssib mekkaniks,” spjegat il-Konsulenta tal-EURES lokali, Arne Linderborg. “Is-CEO tal-kumpanija ma kien jaf xejn dwar in-netwerk tal-EURES, iżda wara li għarraftha b’dak li nistgħu noffru iddeċiediet li tieħu cans u tirrekluta minn barra l-pajjiż.”
 
Suċċess bis-saħħa tal-internet
Arne żaret il-garaxxijiet biex tevalwa l-ħtiġijiet u tiffamiljarizza l-maniġers mas-servizzi tal-EURES. L-opportunitajiet ta’ xogħol kienu mbagħad irreklamati fuq il-portal, u ma għaddhiex ħafna żmien biex José Castillo minn Barċellona ikkuntattjahom. José kien mekkanik iżda mingħajr impjieg – u sid ta’ Jaguar – li kien tefa’ madwar 300 applikazzjoni fi Spanja, mingħajr suċċess.
 
Inzerta li José kellu l-ħiliet li l-garaxx kien qed ifittex u beda jaħdem fil-Finlandja f’Ottubru 2012. Wara ftit, David Fernandez, Spanjol minn Murcia ngħaqad miegħu.
 
“It-tnejn li huma qegħdin għal qalbhom fix-xogħol il-ġdid u l-ħajja inġenerali. Il-kumpanija wkoll hija kuntenta bil-ħaddiema l-ġodda u hija grata għall-għajnuna u l-konsultazzjoni li rċeviet mingħand l-EURES,” qalet Arne. “Għalija, wieħed mill-pedini importanti tas-suċċess huwa li l-garaxx fehem l-importanza li jirrekluta żewġ Spanjoli – José u David appoġġaw lil xuxlin waqt iż-żmien diffiċli ta’ tranżizzjoni ta’ xogħol u ħajja ġdida f’pajjiż ieħor.”
 
Iż-żewġt irġiel issa għandhom il-partners tagħhom fil-Finlandja – it-tfajla ta’ José marret ftit warajh minn Spanja u sabet xogħol ukoll. Jag-Finn Oy għenet ukoll lil dawn il-ħaddiema jissetiljaw fil-ħajja Finlandiża billi offritilhom l-assistenza fl-akkomodazzjoni u pprovdiethom b’lezzjonijiet tal-lingwa.
 
 
Aqra iktar:
 
Fittex Jum għall-Impjiegi fil-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
 
 
Fittex aktar dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien f’pajjiżi Ewropej differenti fuq il-Portal tal-EURES dwar il-Mobbiltà tal-Impjiegi
 
 
Fittex dwar x’jista’ tagħmel l-EURES għal min iħaddem

Issieħeb fl-EURES fuq Facebook
 
Segwi l-EURES fuq  Twitter
 
Aqbad mal-EURES fuq LinkedIn
 
Segwi l-EURES fuq Google+
 
 
 

 

Test editjat fi: 02/2013


caħda ta' responsabbiltà
L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.