Għajnuna għal din it-taqsima

Dwar opportunitajiet ta' Taħriġ

Studja barra

Li tistudja u taħdem f’pajjiż barrani hu l-aħjar mod kif tikseb tagħrif profond dwar id-drawwwiet ta’ kultura oħra, nies, u lingwa. Barra minhekk, li tgħix u tistudja jew taħdem f’pajjiż ieħor jista’ jiżviluppa kompetenzi transnazzjonali li jistgħu jkunu ta’ interess għall-impjegati futuri.

Studenti li jirritornaw minn programm ta’ studju barra ta’ spiss jarawha bħala esperjenza li mmaturathom personalment u intelletwalment. Huma japprezzaw li jkunu esposti għal metodi ġodda ta’ kif taħseb u tgħix, li jinkoraġġixxi l-iżvilupp personali u jagħmluk indipendenti.

Metatistudja barra tista' ssaħħaħ mhux biss il-kwalifiki akkademici izda tista' ssahħaħ ukoll l-izvilupp personali; u tista' ttejjeb il-prospetti ta' impjieg. Dawk li jħaddmu qed ifittxu aktar nies li għandhom esperjenza ta’ pajjiżi oħrajn, għaliex huma x’aktarx jippossjedu, apparti minn sengħa fil-lingwa, snajja’ ta’ komunikazzjoni multi-kulturali, ftehim ta’ u familjarità mad-drawwiet lokali u kuntesti kulturali, flessibiltà, elastiċità, u abilità li taddotta ċirkustanzi ġodda u tittratta kostruttivament ma’ opinjonijiet differenti.

PLOTEUS

L-informazzjoni taħt "Fittex għal Opportunitajiet biex titgħallem" tiġi minn PLOTEUS, il- Portal Dwar l-Opportuitajiet ta’ Tagħlim ma’ l-Ewropa, li kien stabbilit mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura. L-għażla u l-aġġornament huma pprovduti min-network ta’ l-Euroguidance.

L-integrazzjoni ta’ l-Opportunitajiet tat-Tagħlim tal-PLOTEUS fil-portal ta’ l-EURES hija skond il-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej ta’ Lisbona u Stokkolma (Marzu 2000 u Marzu 2001), li talbu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu servizz mifrux ma’ l-Ewropa kollha li jipprovdi informazzjoni dwar impjiegi u opportunitajiet ta’ tagħlim.

L-iskop tal-PLOTEUS, bħal dak ta’ EURES, hu li jdaħħal fis-seħħ id-dritt tal-moviment ħieles għaċ-ċittadini Ewropej billi jipprovdi l-informazzjoni neċessarja.

Barra l-Opportunitajiet ta’ Tagħlim li hemm disponibbli fil-EURES, il-website tal-PLOTEUS għandha informazzjoni dwar edukazzjoni nazzjonali u sistemi ta’ taħriġ, il-programmi ta’ skambji Ewropej u kuntatti relevanti għal iżjed informazzjoni.