Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Pannonia (HU-AT)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Pannonia (HU-AT)
Web Site
http://www.eures-pannonia.eu
Reġjuni koperti
L-Awstrija:
Burgenland
Il-Parti t’isfel tal-Awstrija (Baden, Berndorf, Bruck a. d. Leitha, Mödling, Neunkirchen, Schwechat,
Wiener Neustadt)
Styria (Feldbach, Fürstenfeld, Hartberg)

L-Ungerija – Il-Punent tar-Reġjun Transdanubia:
Il-provinċja ta’ Győr-Moson-Sopron
Il-provinċja ta’ Vas
Il-provinċja ta’ Zala
Deskrizzjoni Qasira
Is-Sħubija EURES-T Pannonia twaqqfet fl-ewwel nofs tal-2009, wara sentejn ta’ xogħol ta’ tħejjija, bil-parteċipazzjoni ta’ 26 organizzazzjoni msieħba inklużi uffiċċji tal-impjieg, organizzazzjonijiet ta’ rappreżentanza tal-interessi tal-impjegati u ta’ min iħaddem mill-Ungerija u l-Awstrija, fir-Reġjun tal-Ungerija tal-Punent u l-Awstria tal-Lvant. Il-ħidma tas-sħubija taffettwa kważi żewġ miljun abitanti u, abbażi tal-istħarriġ preliminari li sar, iktar minn għaxart elef kommutatur. EURES-T Pannonia twaqqfet wara kważi żewġ deċenni ta’ suċċes fil-kooperazzjoni fis-suq tax-xogħol bejn l-imsieħba Awstrijaċi u dawk Ungeriżi.

L-għanijiet ta’ EURES-T Pannonia fiż-żona fuq il-fruntiera huma:
  • li tipprovdi impjegati u min iħaddem b’informazzjoni speċjali biex tgħinhom isibu xogħol jew forza ta’ xogħol fil-pajjiż viċin u b’hekk tappoġġja l-mobilità tal-impjegati;
  • li tagħti pari u tipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi ġirien;
  • li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ reġjun ekonomiku konġunt ibbażat fuq fondazzjonijiet uniformi u suq tax-xogħol uniformi;
  • li toħloq sors ta’ informazzjoni tas-suq tax-xogħol transkonfinali bilingwu sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni;
  • li tippromwovi l-armonizzazzjoni tad-domanda u l-offerta tas-suq tax-xogħol;
  • li tikkontribwixxi sabiex is-sistema ta’ taħriġ professjonali u taħriġ ulterjuri tkun tista’ tinftiehem iktar u għall-iżvilupp ulterjuri konġunt;
  • li tibda djalogu bejn il-parteċipanti industrijali u l-imsieħba soċjali, bħala organizzazzjoni li tlaqqa’ lit-tnejn;
  • li tippromwovi u tagħti sostenn lill-proġetti konġunti u inizjattivi fis-suq tax-xogħol tar-reġjuni fuq il-fruntiera sabiex jiġu mħeġġa l-impjiegi;
Sħab
Foglalkoztatási és Szociális Hivatal (Servizz Pubbliku tal-Impjieg)
Nyugat-dunántúli Regionális Munkaügyi Központ (Ċentru Reġjonali ta’ Transdanubia tal-Punent)
Arbeitsmarktservice Österreich (Ċentru tax-Xogħol tal-Awstrija)
Arbeitsmarktservice Burgenland (Ċentru tax-Xogħol, Burgenland)
Arbeitsmarktservice Niederösterreich (Ċentru tax-Xogħol, l-Awstrija ta’ Isfel)
Arbeitsmarktservice Steiermark (Ċentru tax-Xogħol, Styria)
Általános Fogyasztási Szövetkezetek és Kereskedelmi Társaságok Országos Szövetsége (ÁFEOSZ) (Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kooperattivi tal-Konsumaturi Ġenerali u l-Organizzazzjonijiet Kummerċjali)
Agrár Munkaadói Szövetség (AMSZ) (Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fis-Settur tal-Agrikultura)
Gyõr-Moson-Sopron megyei Kereskedõk Érdekképviseleti Egyesülete (KISOSZ) (Union tar-Rappreżentanza tal-Interessi tan-Negozjanti fil-Provinċja ta’ Gyõr-Moson-Sopron)
Zala Megyei Munkaadók és Gyáriparosok Országos Szövetsége (Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ Min Iħaddem u tal-Industrijalisti fil-Provinċja ta’ Zala)
Vas Megyei Ipartestületek Területi Szövetsége (Assoċjazzjoni Reġjonali tal-Korpi Industrijali fil-Provinċja ta’ Vas)
Vas Megyei Ipari Szövetkezetek és Vállalkozások Szövetsége (Assoċjazzjoni ta’ Kooperattivi Industrijali u Intrapriżi fil-Provinċja ta’ Vas)
Mezõgazdasági Termelõk Vas Megyei Szövetsége (Assoċjazzjoni ta’ Produtturi Agrikoli fil-Provinċja ta’ Vas)
Stratégiai és Közszolgáltató Társaságok Országos Szövetsége (STRATOSZ) (Assoċjażżjoni Nazzjonali ta’ Kumpaniji tal-Istrateġija u l-Utilità Pubblika)
Wirtschaftskammer Niederösterreich (il-Kamra tal-Kummerċ, l-Awstrija ta’ Isfel)
Industriellenvereinigung Burgenland (Assoċjazzjoni tal-Industrijalisti, Burgenland)
Wirtschaftskammer Burgenland (il-Kamra tal-Kummerċ, Burgenland)
LIGA Szakszervezetek Vas Megyei Szövetsége (Assoċjazzjoni tat-Trade Unions LIGA, il-Provinċja ta’ Vas)
Magyar Szakszervezetek Országos Szövetsége (MSZOSZ) (Assoċjazzjoni Nazzjonali tat-Trade Unions Ungeriżi)
Közúti Közlekedési Szakszervezet KISALFÖLD VOLÁN Alapszervezete (Trade Union tat-Trasport bit-Triq, Organizzazzjoni Lokali KISALFÖLD VOLÁN)
Vas Megyei Munkástanácsok Szövetsége (Assoċjazzjoni ta’ Kunsilli ta’ Ħaddiema fil-Provinċja ta’ Vas)
Szakszervezetek Együttmûködési Fóruma (SZEF) (Forum għall-Kooperazzjoni tal-Unions tas-Servizz Pubbliku)
Értelmiségi Szakszervezeti Tömörülés (ÉSZT) (Federazzjoni tat-Trade Unions tal-Impjegati)
ÖGB Burgenland (Assoċjazzjoni tat-Trade Unions Awstrijaċi, Burgenland)
Arbeiterkammer Niederösterreich (il-Kamra tal-Kummerċ, l-Awstrija ta’ Isfel)
Arbeiterkammer Burgenland (il-Kamra tal-Kunsilli tal-Ħaddiema, Burgenland)