Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

EURES-TriRegio (CZ-DE-PL)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
EURES-TriRegio (CZ-DE-PL)
Web Site
http://www.eures-triregio.eu/
Reġjuni koperti
L-EURES-TriRegio jinkludi r-reġjun ta’ Jeleniogórsko-Wałbrzyski tal-Woiwodschaft Dolnośląskie fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka d-distretti Ustí nad Labem, Karlovy Vary u Liberec u fil-Ġermanja r-reġjuni amministrattivi Chemnitz u Dresden tal-istat ta’ Sassonja.
Deskrizzjoni Qasira
Promotur/imsieħba fil-proġett:

Is-sħubija fis-suq tax-xogħol ta’ EURES-TriRegio tikkonsisti mis-servizzi tal-impjiegi pubbliċi, trejdjunjins u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u tinkludi partijiet ta’ Sassonja, Il-Boemja u Sileżja t’isfel.

Il-promotur hu d-distrett DGB f’Sassonja. L-imsieħba fil-proġett huma d-direttorat reġjonali ta’ Sachsen tal-BA, l-uffiċċju tal-impjiegi Wojwodschaft ta’ Sileżja t’isfel kif ukoll l-uffiċini tal-impjiegi Ústí nad Labem, Liberec u Sokolov, it-trejdjunjin NSZZ “Solidarność“ tar-reġjun ta’ Jeleniogórski, il-konfederazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tat-trejdjunjins (ČMKOS) tal-Boemja u Moravja, l-assoċjazzjoni ta’ min iħaddem (FPPZ), tal-punent tal-Polonja, il-kamra tal-kummerċ tad-distrett ta’ Liberec u l-kamra tal-kummerċ tar-reġjun ta’ Egerland, il-Ministeri għax-Xogħlijiet u Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Ċeka u tar-Repubblika Pollakka kif ukoll l-aġenzija ċentrali għas-sejba ta’ impjiegi transkonfinali (ZAV) tal-Uffiċċju Federali tal-Impjiegi.

Skadenza tal-proġett:

Is-sħubija transkonfinali EURES –TriRegio ġiet imħejjija mill-imsieħba sa minn meta l-Polonja u r-Repubblika Ċeka ġew integrati fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u ġiet stabbilita bl-iffirmar tal-ftehim qafas f’Ottubru 2007. Il-perjodu jiskadi 31.05.2009. Mill-01.06.2010 jibda l-perjodu ta’ promozzjoni ta’ tliet snin.

Missjoni/għan u implimentazzjoni

Is-sħubija transkonfinali EURES –TriRegio tqis l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol u taħriġ fil-konfini ta’ stati trijangolari bħala l-aktar importanti. L-għan tagħha fuq tul ta’ żmien hu, li b’mod konformi mal-istandards tax-xogħol u soċjali eżistenti tal-istat rispettiv, jiġi promoss l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol komuni.

L-ewwelnett, l-informazzjoni, pariri u provvista kif ukoll il-garanzija tal-aċċess pubbliku estensiv għal informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja kif ukoll l-iżvilupp tal-iskambju transkonfinali ta’ opportunitajiet ta’ xogħol huma fiċ-ċentru tal-attivitajiet tagħha. Miżuri addizzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba għandhom il-mira, li tiġi stabbilita aktar trasparenza fis-suq tax-xogħol reġjonali. Workshops u forums ta’ esperti jservu għall-fehim u identifikazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni kif ukoll it-tħejjija ta’ disinn kunċettwali ta’ proġetti effettivi mmirati lejn il-ħtieġa tas-suq tax-xogħol, mill-organizzazzjonijiet tal-imsieħba.

Wieħed mill-akbar ostakli rigward il-mobilità ta’ ħaddiema nisa u rġiel hu l-limitazzjoni tal-moviment liberu għall-ħaddiema Pollakki u Ċeki. Anki hawn is-sħubija transkonfinali tara l-opportunità li tiġi kkomunikata informazzjoni speċifika ta’ possibilitajiet diġà eżistenti ta’ xogħol fi stati oħra u b’hekk tkun qed tingħata kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ opportunitajiet potenzjali ta’ mobilità.

Fil-mument, konsulenti qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-EURES –TriRegio 12 EURES fis-Servizz tal-Impjieg Pubbliku. 7 minnhom f’Sassonja, 2 f’partijiet tal-konfini mir-reġjun ta’ Sassonja t’isfel kif ukoll 3 fid-distretti ta’ Liberec, Ústí nad Labem u Karlovy Vary. Dawn jiggarantixxu offerta bażika għal servizzi tal-EURES fir-reġjun tal-fruntieri.

Sa mill-2007 ilhom jiġu organizzati ġranet ta’ konsulenza transkonfinali fuq bażi ta’ rotazzjoni fil-qasam tal-EURES –TriRegio b’konsulenza skedata u individwali permezz ta’ konsulenti tal-EURES li jaħdmu fuq bażi transkonfinali. Dawn jiġu kkumplementati permezz ta’ attivitajiet informattivi b’appell għall-pubbliku dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja kif ukoll swieq tax-xogħol annwali u attività ta’ ġurnata ta’ reklutaġġ bis-sehem ta’ min iħaddem reġjonali.

Minbarra dan, qegħdin jitniedu workshops u forums ta’ esperti b’temi speċifiċi u orjentati lejn gruppi partikolari mis-Servizz tal-Impjieg Pubbliku, trejdjunjins u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem li joperaw fuq bażi reġjonali flimkien mas-sehem tal-persuni esterni involuti fl-ekonomija u riċerka.

Huwa essenzjali, li l-offerta ta’ informazzjoni u konsulenza tiġi stabbilita fir-reġjun kollu mal-fruntieri. Hawnekk huwa importanti l-preżenza ta’ konsulenti kompetenti tas-Servizz tal-Impjieg Pubbliku u tal-persuna li trid tiġi kkuntattjata fi ħdan it-trejdjunjins u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem.

Is-sħubija transkonfinali EURES –TriRegio qed tipprova tiġbor flimkien il-kompetenzi differenti tal-organizzazzjonijiet parteċipanti u sabiex l-imsieħba strateġiċi jkunu bħala esperti fir-reġjun għal diversi persuni involuti. Permezz tal-iżvilupp u provvista ta’ offerti ta’ informazzjoni u servizzi attwali u mmirati għal gruppi partikolari din is-sħubija tikkontribiwixxi għat-trasparenza tas-suq tal-impjiegi transkonfinali u għall-promozzjoni tal-mobilità fir-reġjun tal-fruntieri.

L-enfasi tal-azzjoni għas-sena li ġejja tinkludi:
  • estensjoni tan-netwerks ta’ konsulenti tal-EURES eżistenti fuq skala nazzjonali u provvista ta’ aktar persuni nisa u rġiel li jridu jiġu kkuntattjati kif ukoll fis-Servizz tal-Impjieg Pubbliku kif ukoll fl-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali fir-reġjun tal-fruntieri
  • provvista u żvilupp ta’ offerti ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza attwali u speċifiċi għal gruppi partikolari għal min iħaddem, ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, apprentisti u studenti
  • żvilupp ta’ inizjattiva għall-mobilità ġusta fil-konfini ta’ stati trijangolari
  • żvilupp ta’ inizjattiva għaż-żieda fid-domanda ta’ ħaddiema tas-sengħa
Koordinatur EURES-TriRegio: Sebastian Klähn
Sħab
  • Ministerstvo práce a sociálních věcí / Ministeru għax-Xogħlijiet u Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Ċeka (MPSV CR)
  • Ministerstwo Pracy i Polityki Społecznej / Ministeru għax-Xogħlijiet u Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Pollakka
  • Amministrazzjoni reġjonali ta’ Sassonja tal-Uffiċċju Federali għall-Impjiegi
  • Českomoravská konfederace odborových svazů (ČMKOS) / Il-konfederazzjoni tal-assoċċjazzjonijiet tat-trejdjunjins tal-Boemja u Moravja
  • NSZZ "Solidarność" reġjun Jeleniogórski / Ir-reġjun tat-trejdjunjin NSZZ "Solidarność" Jelenia Góra
  • Federazzjoni tat-trejdjunjins Ġermaniża (DGB) tad-distrett ta’ Sassonja
  • Uřad Práce v Sokolově / L-uffiċċju tal-impjiegi fi Sokolov
  • Uřad Práce v Liberci / L-uffiċċju tal-impjiegi f’Liberec
  • Uřad Práce v Ustí nad Labem / L-uffiċċju tal-impjiegi f’Ustí nad Labem
  • Dolnośląski Wojewódzki Urząd Pracy (DWUP) w Wałbrzychu / L-uffiċċju tal-impjiegi ta’ Sileżja t’isfel f’Wałbrzych
  • Krajská hospodářská komora Liberec / Il-kamra tal-kummerċ tad-distrett ta’ Liberec
  • Regionální hospodářská komora Poohří / II-kamra tal-kummerċ tar-reġjun ta’ Poohří
  • Federacja Pracodawców Polksi Zachodniej (FPPZ) / Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem tal-Punent tal-Polonja
Koordinatur
Sebastian Klähn
Indirizz: IGR Elan e.V., Schützenplatz 14, DE - 01063 Dresden
Telefon: +49 (0)351 863 31 16
Fax: +49 (0)351 863 31 58
Indirizz ta' l-e-mail: sebastian.klaehn@dgb.de