Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

P.E.D. (BE-FR-LUX)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
P.E.D. (BE-FR-LUX)
Web Site
http://www.eureslux.org
Reġjuni koperti
Il-Provinċja tal-Lussemburgu (Il-Belġju), Lorena (Franza), Il-Lussemburgu
Deskrizzjoni Qasira

Dan il-Pol Ewropew tal-Iżvilupp inħoloq fl-1985 bil-għan li jerġa’ jqajjem ir-reġjuni tal-konfini milquta mir-reċessjoni fl-industrija tal-azzar. Iż-żona koperta minn din l-isħubija transkonfinali EURES/PEŻ (EURES/EDP), li ġiet stabbilita fl-1993, hija kkaratterizzata minn movimenti transkonfinali ta’ skala kbira tal-ħaddiema, b’mod speċjali fid-direzzjoni tal-Lussemburgu. Ġie stabbilit netwerk ta’ eurokonsulenti mħarrġa apposta fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera biex jipprovdi informazzjoni, parir u servizzi ta’ postiment għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu xogħol, ħaddiema transkonfinali u dawk li jimpjegaw f’din iż-żona li jkunu interessati f’attivitajiet jew f’reklutaġġ transkonfinali.

L-aktar attività importanti fost il-ħafna mwettqin ikkonċernati:

  • kollaborazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali tal-impjiegi, b’mod partikolari permezz tal-estrazzjoni u t-tifrix ta’ informazzjoni dwar postijiet battala mid-database tal-EURES u l-organizzazzjoni ta’ workshops transkonfinali għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu xogħol;
  • seminars għal rappreżentanti ta’ trejd unjins dwar il-konsultazzjoni soċjali u l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-PEŻ;
  • laqgħat transkonfinali għal kapijiet ta’ kumpaniji u maniġers tar-riżorsi umani;
  • analiżi tar-rekwiżiti ta’ kwalifiki u taħriġ ta’ ditti fil-baċin tal-PEŻ u tbassir dwar l-impjiegi;
  • tħejjija ta’ fuljetti ta’ informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi ta’ interess għal ħaddiema transkonfinali (benefiċċji tas-sigurtà soċjali, sistema fiskali, liġi tax-xogħol, rikonoxximent ta’ diplomi u kwalifiki, kundizzjonijiet tal-għajxien, eċċ.)
  • ġbir u analiżi ta’ dejta dwar is-suq tax-xogħol transkonfinali u dwar movimenti ta’ ħaddiema transkonfinali;
  • kooperazzjoni bejn eurokonsulenti u organizzazzjonijiet imsieħba sabiex jiġu identifikati ostakoli għall-mobilità u sabiex jiġu proposti soluzzjonijiet adegwati.
Kopji tal-fuljetti ta’ informazzjoni mfasslin u l-istudji mmexxija huma disponibbli, flimkien ma’ informazzjoni oħra, mingħand l-uffiċċji tal-organizzazzjonijiet imsieħba u tas-sit tal-Internet tas-sħubija.

 

Sħab
  • Conseil Régional de Lorraine (Il-Kunsill Reġjonali ta’ Lorena).
  • Le Ministère luxembourgeois du Travail et de l'Emploi (Il-Ministeru tax-Xogħol u -Impjiegi tal-Lussemburgu).
  • Office Communautaire et Régional de la Formation professionnelle et de l'Emploi (FOREM)(Uffiċċju Komunitarju u Reġjonali tat-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, taqsima subreġjonali ta’ Arlon).
  • Agence Nationale Pour l'Emploi (ANPE) (Aġenzija Nazzjonali tal-Impjiegi), Delegazzjoni Reġjonali ta’ Lorena.
  • Administration de l'Emploi (ADEM) du Grand-Duché du Luxembourg (Servizz tal-Impjiegi tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu).
  • InterRégionale Syndicale du PED (IRS-PED), (Assoċjazzjoni tat-Trejd unjins interreġjonali tal-PEŻ li tkopri 7 unjins fi 3 pajjiżi).
  • Chambre de Commerce et d'Industrie du Luxembourg Belge (CCILB – Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija Belġjana Lussemburgiża)
  • Féderation des Industriels Luxembourgeois (FEDIL – Federazzjoni tal-Industrija Lussemburgiża)
  • MEDEF (Mouvement des Entreprises de France – Moviment tal-Intrapriżi ta’ Franza).
  • Centre d'Etudes de Populations, de Pauvreté et de Politiques Socio-Economiques (Ċentru tal-Istudji dwar il-Popolazzjonijiet, il-Faqar u l-Politika Soċjoekonomika)/Netwerks Internazzjonali għal Studji fit-Teknoloġija, l-Ambjent, Alternattivi, Żvilupp (CEPS/INSTEAD) tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
  • Centre de Ressources et de Documentation des EURES Transfrontaliers de Lorraine (CRD EURES Lorraine) (Ċentru tar-Riżorsi u tad-Dokumentazzjoni tal-EURES Transkonfinali ta’ Lorena).
Koordinatur
Nicolas Brizard
Indirizz: Coordination EURES PED, 1 Place du Pont à Seille, FR - 57000 Metz
Telefon: +33 (0)3 87 39 35 27
Fax: +33 (0)3 87 21 06 88
Indirizz ta' l-e-mail: nicolas.brizard@pole-emploi.fr