Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Northern Ireland/Ireland (IE-UK)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Northern Ireland/Ireland (IE-UK)
Web Site
http://www.eures-crossborder.org
Reġjuni koperti

Is-sħubija tkopri l-Irlanda ta’ Fuq kollha u l-kontei tal-fruntiera tar-Repubblika ta’ l-Irlanda (Louth, Cavan, Monaghan, Donegal, Sligo u Leitrim).

Deskrizzjoni Qasira

Is-sħubija Trans-konfinali ta’ l-EURES (EURopean Employment Services) ġiet stabbilita biex tagħmel l-affarijiet aktar faċli għal dawk li jixtiequ jivjaġġaw kuljum jew kull ġimgħa min-naħa għall-oħra tal-fruntiera sabiex jiksbu l-għajxien tagħhom. Dan tagħmlu billi tipprova tegħleb ta’ l-anqas uħud mill-ostakli li jiffaċċjaw in-nies.
B’mod partikolari, din l-isħubija tindirizza n-nuqqas ta’ informazzjoni fil-qasam. Per eżempju, persuni li jkunu qegħdin ifittxu impjieg li ma jkunux jafu x’tip ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ taħriġ jeżistu fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, dwar kif taħdem is-sistema tat-tassazzjoni jew kif id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom jistgħu jiġu affettwati billi jaċċettaw impjieg ġdid.
Is-sħubija għandha l-għan ukoll li tassisti lil dawk li jħaddmu billi tipprovdilhom aċċess għal għażla akbar ta’ ħaddiema, jiġifieri persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol, li jgħixu fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Jingħata parir lil dawk li jħaddmu fuq diversi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reklutaġġ trans-konfinali.

Sħab

Dawn huma (f’ordni alfabetika):

  • Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali
  • Confederation of British Industry (CBI)
  • Department for Employment and Learning (DEL)
  • Dundalk Chamber of Commerce
  • Irish Business and Employers Confederation (IBEC)
  • Irish Congress of Trade Unions (ICTU)
  • Londonderry Chamber of Commerce
Koordinatur
Dympna Boyle
Indirizz: EURES Cross Border Coordinator, Department of Social Protection, Dundalk
Telefon: +353 429392671
Indirizz ta' l-e-mail: dympna.boyle@welfare.ie