Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Scheldemond (BE-NL)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Scheldemond (BE-NL)
Web Site
http://www.euresscheldemond.info
Reġjuni koperti
Ir-reġjun transkonfinali jkopri l-Lbiċ tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Majjistral tal-Belġju. Jinkludi l-provinċji Olandiżi ta’ Zeeland u West Brabant u l-provinċji Belġjani ta’ Antwerpen u Oost- u West-Vlaanderen.
Deskrizzjoni Qasira
Is-sħubija transkonfinali ġiet stabbilita fl-2003. Is-sħab huma involuti f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet maħsuba għal dawk li qegħdin ifittxu xogħol, l-impjegaturi u l-impjegati u l-pubbliku ġenerali. L-attivitajiet prinċipali huma:

  • L-għoti ta’ informazzjoni tal-Eures u pariri lil dawk li qegħdin ifittxu xogħol, lill-impjegaturi u lill-impjegati, kemm ta’ kuljum u kemm matul laqgħat , workshops u sessjonijiet ta’ taħriġ.
  • Attivitajiet promozzjonali integrati li jiffukaw fuq il-benefiċċji tal-mobilità tas-suq tax-xogħol.
  • L-organizazzjoni ta’ simpożji dwar temi tal-mobilità tas-suq tax-xogħol transkonfinali attwali.
  • Ir-rintraċċar ta' nuqqasijiet u konġestjonijiet dwar is-suq tax-xogħol transkonfinali ta’ Eures Scheldemond.
  • Il-korrelazzjoni ta’ kwistjonijiet tal-mobilità tas-suq tax-xogħol u riċerka dwar soluzzjonijiet possibbli;
  • L-organizzazzjoni ta’ simpożji li jittrattaw temi transkonfinali attwali.
  • Organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ taħriġ għal konsulenti tal-EURES tas-servizzi u tas-sħab ta-servizz tal-impjiegi pubbliċi. Barra dan, il-promozzjoni tal-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala, CVs u l-aqwa prattiċi tax-xogħol;
  • Il-parteċipazzjoni f’fieri tax-xogħol u fl-organizzazzjoni tal-fiera tax-xogħol ta’ Eures Scheldemond.
Sħab
• UWV Werkbedrijf West-Brabant & Zeeland (Servizz tal-Impjiegi Pubbliċi Olandiżi)
• Vlaamse Dienst voor Arbeidsbemiddeling en Beroepsopleiding (VDAB) (Servizz tal-Impjiegi Pubbliċi Fjammingi)
• De Interregionale Vakbondsraad Schelde-Kempen (IVR) (Kunsill tal-Unjoni tal-Kummerċ Interreġjonali ta’ Schelde-Kempen)
• Kamer van Koophandel Zuidwest-Nederland (Kamra tal-Kummerċ)
• Voka Kamer van Koophandel Oost- & West-Vlaanderen (Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Impjegaturi Fjammingi (VEV) u t-tmien Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija Fjammingi)
• UNIZO Oost- & West-Vlaanderen, Antwerpen-Mechelen and regio Kempen (Organizzazzjoni għal Dawk li Jaħdmu għal Rashom u għall-SMEs)
• MKB Zeeland and West-Brabant (Organizzazzjoni għall-SMEs)
• De Brabants-Zeeuwse Werkgeversvereniging (BZW) (Organizzazzjoni ta’ min iħaddem)
• Provincies Oost- & West-Vlaanderen, Antwerpen, Noord-Brabant and Zeeland (awtoritajiet provinċjali)
Koordinatur
Sarah O'Brien
Indirizz: Postbus 28, NL - 4461 GL Goes
Telefon: 
Indirizz ta' l-e-mail: Sarah.OBrien@uwv.nl