Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Oberrhein (FR-DE-CH)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Oberrhein (FR-DE-CH)
Web Site
http://www.eures-t-oberrhein.eu
Reġjuni koperti
Il-partnership tkopri Alsace, parti minn Baden Wurttemberg u parti minn Rhineland Palatinate. Tlett cantons tal-majjistral ta’ l-Isvizzera huma assoċjati mal-partnership u għandhom status ta’ osservaturi.
Deskrizzjoni Qasira
Il-patnership beda fl-1999 u għandu l-għan ewlieni sabiex jinkoraġixxi l-mobilità tal-ħaddiema tal-fruntjiera fir-reġjun, ir-riduzzjoni tal-ostakoli għall-mobilità u sabiex jidaħħlu servizzi ta’ informazzjoni għall-ħaddiema dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għajxien fuq kunn naħa tal-fruntjiera.
L-attivitajiet tal-partnership huma dawn:
- Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar:
- Is-suq tax-xogħol trans-nazzjonali( l-identifikazzjoni ta’ setturi professkonali fejn postijiet tax-xogħol battala huma mixtieqa jew hemm nuqqas tagħhom. Dan jinkludi wkoll l-identifikazzjon tal-ħtiġijiet varji fuq kull naħa tal-fruntjiera):
- L-ostakoli għall-mobilità li jeżistu u l-miżuri li jistgħu jidaħħlu sabiex jimmiljorawhom jew ineħħuhom.
- Sabiex jipprovdu lill-ħaddiema li jaqsmu l-fruntjiera informazzjoni dwar l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u regolamenti varji ( taxxa, pensjonijiet, sigurtà soċjali…) li japplikaw fir-reġjun.
- Li jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol vakanti u opportunitajiet ta’ taħriġ fiż-żona mal-fruntjiera permezz tas-servizzi li jsibu x-xogħol, l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet lokali.
- Il-kreazzjoni ta’ website li jkollha database ta’ opportunitajiet ta’ stage ipprovduti minn kumpanniji fil-qasam tas-suq tax-xogħol trans-nazzjonali.
- Il-promozzjoni ta’ taħriġ professjonali ikkonċentrat madwar reġjun trans-nazzjonali.
- It-tpoġġija fis-seħħ ta’ taħriġ professjonali tull ir-reġjun sabiex isolvi nuqqas ta’ nies speċjalizzati f’ etturi speċifiċi u professjonijiet.
- Li jiġi ipprovdut forum għall-djalogu bejn l-imsieħba soċjali.
Sħab
- Assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem minn Alsace (Medef Alsace), Baden Wurttemburg
(Landesvereinigung Baden-Württembergischer Arbeitgeberverbände) u Rhineland Palatinate
(Landesvereinigung Rheinland-Pfälzischer Unternehmerverbände).
- Kunsilli interreġjonali tat-Trade Unions (CSI Dreiländereck u CSI Euregio).
- Servizzi lokali ta’ xogħol pubbliku (ANPE Alsace u Bundesanstalt für Arbeit).
- Awtoritajiet lokali ta’ Baden Wurttemberg, Rhineland Palatinate u Alsace.
Koordinatur
Laura Maillard
Indirizz: Hölderlinstr. 36, DE - 70174 Stuttgart
Telefon: +49 (0)711 941-1271
Indirizz ta' l-e-mail: laura.maillard@eures-t.eu