Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

EURES – T BESKYDY (CZ-PL-SK)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
EURES – T BESKYDY (CZ-PL-SK)
Web Site
http://sk.eures-tbeskydy.eu/
Reġjuni koperti
EURES –T Beskydy tkopri il-Moravja-Silesja, Olomouc u parti mir-reġjuni ta’ Zlin fir-Repubblika Ċeka, il-vojvodja ta’ Opole u Silesja fil-Polonja, u r-reġjun ta’ Zilina fis-Slovakja.
Deskrizzjoni Qasira
EURES – T Beskydy hija sħubija transkonfinali stabbilita bejn 3 Stati Membri ġodda ta’ l-UE: ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakja.
L-għanijiet ewlenin ta’ din is-sħubija huma:
• Li tappoġġa l-mobilità transkonfinali tax-xogħol,
• Li tipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol,
• Li tipprovdi informazzjoni dwar ix-xejriet tas-suq tax-xogħol fir-reġjuni transkonfinali,
• Li tippromwovi l-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala fost dawn ir-reġjuni,
• Li tipprovdi lill-intraprendituri b’informazzjoni dwar EURES/servizzi EURES-T (sistema tat-taxxa, sistema soċjali, reklutaġġ ta’ ħaddiem min-naħa l-oħra, sistema ta’ informazzjoni u reġistrazzjoni – kif wieħed joħloq kumpanija meta jaqbeż il-fruntirera eċċ.),
• Il-monitoraġġ u tegħlib ta’ l-ostakli tal-mobilità.
Il-mobilità tax-xogħol: il-fluss ewlieni tal-ħaddiema jmur lejn ir-Repubblika Ċeka. Sat-30 ta’ Lulju 2007, l-għadd ta’ ħaddiema Slovakki fir-reġjun mal-fruntireri tar-Repubblika Ċeka kien ta’ 8279 u l-għadd ta’ ħaddiema Pollakki f’dan ir-reġjun kien ta’ 3856.

Il-ftehim ta’ qafas li jistabbilixxi sħubija transkonfinali EURES-T Beskydy kien iffirmat f’Veľké Karlovice, fit-12 ta’ Diċembru 2007 minn 35 organizzazzjoni msieħba minn tliet pajjiżi iżda l-kooperazzjoni bejniethom bdiet minn ħafna qabel. Fl-2002 kienu diġà saru bosta laqgħat ta’ tħejjija.
Sħab
Servizzi ta’ Impjieg Pubbliku
  • Il-Ministeru ta’ l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Ċeka,
  • Iċ-Ċentru ta’ l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja f’Bratislava,
  • Il-Ministeru tal-Politika Soċjali u dwar l-Impjiegi tar-Repubblika tal-Polonja,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja f’Čadca,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali f’Námestovo,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja f’Žilina,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Ostrava,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Novy Jičín,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi fOpava ,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Frýdek-Místek,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Vsetín,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Karvina,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Bruntál,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Jeseník,
  • L-Uffiċċju ta’ l-Impjiegi f’Šumperk,
  • Il-Gvern awtonomu tal-Vojvodja Śląskie– l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tal-Vojvodja f’Katowice,
  • Il-Gvern awtonomu tal-Vojvodja Opolskie – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tal-Vojvodja f’Opole,
  • Il-Gvern awtonomu tal-Poviat Jastrzębie Zdrój – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tal-Poviat f’Jastrzębie-Zdrój,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Racibórz – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Racibórz
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Głubczyce – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Głubczyce,
  • Is-Sindku tal-Belt ta’ Bielsko-Biała – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Bielsko-Biała,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Wodzisław Śląski – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Wodzisław-Śląski,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Nysa – l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Nysa,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Cieszyn - l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Cieszyn,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Żywiec - l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Żywiec,
  • Il-Gvern awtonomu tad-Distrett ta’ Prudnik - l-Uffiċċju ta’ l-Impjieg tad-Distrett f’Prudnik,
Organizzazzjonijiet ta’ Min Iħaddem
  • Asociácia zamestnávateľských zväzov a združení Slovenskej republiky (Federazzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem fir-Repubblika Slovakka),
  • Krajská hospodárska komora Moravskoslezského kraja (Il-Kamra tal-Kummerċ Reġjunali tar-Reġjun tal-Moravja u s-Silesja),
  • Beskidzka Izba Rzemiosła i Przedsiębiorczości w Bielsku Białej (Il-Kamra ta’ l-Artiġjanat u l-Intraprendituri Beskid f’Bielsko-Biała),
Trejd Unjins
  • Regionálna rada KOZ pre Žilinský samosprávny kraj (Il-Kunsill Reġjunali ta’ KOZ għat-tmexxija awtonoma tar-reġjun ta’ Zilina),
  • Regionálna rada odborových zväzov ČMKOS Moravskoslezského, Olomouckého a Zlínského kraja, (Il-Kunsilli Reġjunali tat-trejd unjins CMKOS tar-reġjuni tal-Moravja u s-Silesja, Olomouniec u Zlin),
  • Zarząd Regionu Podbeskidzie NSZZ „Solidarność” (Il-Bord tar-Reġjun Podbeskidzie ta’ l-NSZZ – Trejd Unjin Indipendenti bi Tmexxija Awtonoma - „Solidarność“),
  • Rada OPZZ Województwa Śląskiego (Il-Kunsill ta’ OPZZ – Ftehim ta’ Trejd Unjins fil-Pajjiż kollu – tal-Vojvodja tas-Silesja).
Imsieħba Oħra
  • Centrum Edukacji i Pracy Mlodzieży OHP w Bielsku Białej ( Ċentru ta’ l-Edukazzjoni u l-Impjieg taż-Żgħażagħ ta’ l-OHP – Il-Korp Volontarju tax-Xogħol - in Bielsko- Biała),
  • Zakład Doskonalenia Zawodowego w Katowicach ( Iċ-Ċentru ta’ l-Iżvilupp Vokazzjonali f’Katowice),
Koordinatur
Peter Drozd
Indirizz: EURES-T Beskydy, Maticne namestie 1617, SK - 022 01 Cadca
Telefon: +421 (0)41 244 8100
Indirizz ta' l-e-mail: eurestbeskydy@gmail.com