Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Euradria (IT-SI)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Euradria (IT-SI)
Web Site
http://www.euradria.org
Reġjuni koperti
Id-daqs taż-żona bejn il-fruntieri tinkludi t-territorju kollu tal-Friuli Venezia Giulia - il-provinċja ta’ Trieste, Udine, Gorizja, Pordenone u r-reġjuni statistiċi tal-Goriška, Obalno-kraška, u Notranjsko Kraska fis-Slovenja.
Deskrizzjoni Qasira
F’Diċembru 2007, fi Trieste ġiet iffirmata l-konvenzjoni qafas dwar il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjoni pubblika tax-xogħol, l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu n-nies magħhom u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema tar-reġjuni li jmissu mas-Slovenja u l-Friuli Venezia Giulia.
F’Marzu 2008 il-partenarjat ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-reġjun transkonfinali ta’ l-Euradria għandu superfiċje ta’ 12,681 km, li minnhom 7,856 fit-territorju Taljan u 4,825 fis-Slovenja. Il-popolazzjoni tar-reġjun transkonfinali hija ta’ madwar 1,500,000 abitant, u d-densità tal-popolazzjoni tilħaq ammonti ferm aktar għoljin fuq in-naħa Taljana fil-parti ta’ mal-fruntiera (163 abitant/kilometru kwadru) meta mqabbla ma’ dik tas-Slovenja (57 abitant/kilometru kwadru).

L-għan prinċipali tal-partenarjat huwa li jiffavorixxi l-mobilità tal-ħaddiema rġiel u nisa fiż-żona transkonfinali billi jgħin sabiex id-domanda u l-provvista jintlaħqu, u jaħdem sabiex jindividwa u jneħħi l-ostakli għall-mobilità u joffri servizz ta‘ assistenza għall-ħaddiema u għal dawk li jħaddmu n-nies magħhom fil-qasam tat-tiftix u l-għażla tal-personal, il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, l-aspetti fiskali u tas-sigurtà soċjali, u jibda bit-tqassim adegwat ta‘ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Minbarra dan, l-azzjoni hija mmirata sabiex tistimola politika attiva li tiffavorixxi proċessi għall-iżvilupp ta‘ suq tax-xogħol integrat u sinerġetiku, li jwasslu għall-armonizzazzjoni vera u konkreta tar-regoli u sabiex wieħed joħroġ mix-xogħol mhux dikjarat u/jew moħbi.
Il-Eures T Euradria jista‘ jibbaża fuq numru ta‘ konsulenti Eures li jinsabu fir-reġjun kollu ta‘ l-Euradrija u li huma attivi fiż-żewġ Pajjiżi kemm mas-Servizzi Pubbliċi għax-Xogħol, kif ukoll fl-assoċjazzjonijiet sindakali u ta‘ dawk li jħaddmu l-persuni magħhom.
Sħab
L-imsieħba fl-Euradria huma s-Servizzi Pubbliċi għax-Xogħol, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll territorjali, l-assoċjazzjonijiet sindikali u r-rappreżentanti ta’ dak li jħaddmu l-persuni magħhom fiż-żona ta’ fuq il-fruntiera:

  • Il-Ministeru tax-Xogħol u tal-Previdenza Soċjali Taljana (Ministeru del Lavoro e della Previdenza Sociale italiano)
  • L-Assessur tax-Xogħol , il-Formazzjoni, l-Università u r-Riċerka – Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia, (Assessore al Lavoro, Formazione, Università e Ricerca Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia)
  • Il-Provinċja ta’ Gorizia – iċ-Ċentru għax-Xogħol (Provincia di Gorizia – Centro per l’Impiego)
  • CSI-Kunsill Sindikali Interreġjonali fil-Grigal tal-Friuli Venezia Giulia/SloveniaCGIL CISL UIL ZSSS KS 90 (Consiglio Sindacale Interregionale Nord Est Friuli Venezia Giulia/SloveniaCGIL CISL UIL ZSSS KS 90)
  • CGIL FVG – Konfederazzjoni Ġenerali Taljana tax-Xogħol tal-Friuli Venezia Giulia (Confederazione Generale Italiana del Lavoro Friuli Venezia Giulia)
  • CISL FVG – Unjoni Sindakali Reġjonali tal-Friuli Venezia Giulia - (Unione Sindacale Regionale Friuli Venezia Giulia)
  • UIL FVG- Unjoni Taljana tax-Xogħol tal-Friuli Venezia Giulia (Unione Italiana del Lavoro Friuli Venezia Giulia)
  • Il-Konfindustrija tal-Friuli Venecia Giulia (Confindustria Friuli Venezia Giulia)
  • Confartigianato Imprese FVG – Federazione Regionale Artigiani Piccole e Medie Imprese del Friuli Venezia Giulia
  • Konfederazzjoni Nazzjonali ta’ l-Artiġjanat u l-Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs medju CNA Friuli Venezia Giulia (Confederazione Nazionale dell’Artigianato e della Piccola e Media Impresa - CNA Friuli Venezia Giulia)
  • Confcommercio Friuli Venezia Giulia
  • SKGZ Slovenska kulturno-gospodarska zveza Unione Culturale Economica Slovena
  • Slovensko deželno gospodarsko združenje - Unione Regionale Economica Slovena (SDGZ -URES)
  • ZRSZ- Zavod RS za zaposlovanje, Centralna služba- EURES
  • ZRSZ- Zavod RS za zaposlovanje, Območna služba Koper
  • ZRSZ- Zavod RS za zaposlovanje, Območna služba Nova Gorica
  • KS 90 Konfederacija Sindikatov 90 Slovenije, Obalna sindikalna organizacija KS 90
  • Kraško-notranjska Območna organizacija ZSSS- Zveza Svobodnih Sindikatov Slovenije
  • Območna organizacija ZSSS Posočje - Zveza Svobodnih Sindikatov Slovenije
  • Območna obrtno-podjetniška zbornica Nova Gorica
  • Območna obrtno-podjetniška zbornica Koper
  • Primorska gospodarska zbornica
  • GZS- Gospodarska zbornica Slovenije, Območna zbornica za severno Primorsko
  • Posoški razvojni center
Koordinatur
Andrea Roberti
Indirizz: CSI Fvg/Slo, CGIL FVG/Euradria, Via Vidali 1, IT - 34129 Trieste
Telefon: +39 040 3478133
Fax: +39 040 768844
Indirizz ta' l-e-mail: co_ordinator@euradria.org