Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Danubius (SK-HU)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Danubius (SK-HU)
Web Site
http://www.eures-t-danubius.eu
Reġjuni koperti
Ir-Repubblika Slovakka – erba’ distretti:Komárno, Dunajská Streda, Nové Zámky, Levice L-Ungerija – tliet reġjuni:Trans-Danubju tal-Punent, Trans-Danubju Ċentrali, Ungerija Ċentrali
Deskrizzjoni Qasira
L-isħubija Danubius tinkludi żona ta’ madwar 10,000 kilometri kwadri b’aktar minn 1.2 miljun abitant tul il-konfini tal-Lbiċ tas-Slovakkja u tal-Majjistral ta’ l-Ungerija, fuq iż-żewġ naħat tad-Danubju. Hija l-ewwel EURES-T bejn żewġ Stati Membri ġodda ta’ l-UE. Is-swieq tax-xogħol taż-żewġ pajjiżi sħab ilhom magħġunin għal snin u l-mobilità tal-ħaddiema ilha appoġġjata b’kuntratt intergovernattiv ta’ l-1999 dwar l-impjieg reċiproku taċ-ċittadini. Madankollu, it-traffiku minn naħa għall-oħra tal-fruntieri mis-Slovakkja għall-Ungerija żdied b’mod partikolari sa minn Mejju 2004, meta ż-żewġ pajjiżi ssieħbu fl-Unjoni Ewropea u impjegati barranin taż-żewġ pajjiżi ġirien ġew meħlusin mill-ħtieġa li juru permessi tax-xogħol. Dan l-iżvilupp wassal lill-imsieħba sabiex jistabbilixxu Danubius ta’ EURES-T. Ġie ffirmtat Ftehim Qafas f’Diċembru 2006. F’konformità ma’ l-uffiċċji tax-xogħol parteċipanti u ma’ l-imsieħba soċjali, u f’konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom fuq livelli nazzjonali u transkonfini, il-partijiet kontraenti jwegħdu li jsegwu l-miri komuni fl-oqsma li ġejjin:
  1. li jinformaw lill-applikanti għal impjieg, dawk interessati f’impjieg u impjegaturi u utenti oħrajn fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ għajxien u ta’ xogħol kurrenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera;
  2. li jappoġġjaw l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tad-domanda u l-provvista ta’ l-opportunitajiet tax-xogħol fiż-żona tal-konfini permezz ta’ kuntatti diretti u regolari bejn il-konsulenti ta’ EURES ta’ servizzi ta’ impjieg kuntrattwali, filwaqt li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni li tirregola l-ġestjoni tad-dejta personali;
  3. li jiżviluppaw djalogu soċjali fuq il-livell transkonfini, li jiskambjaw informazzjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol u li jappoġġjaw l-amministrazzjoni armonizzata, li tara bil-quddiem l-opportunitajiet tax-xogħol, filwaqt li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni li tirregola l-ġestjoni tad-dejta personali;
  4. li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ offerti ta’ taħriġ professjonali fuq livell transkonfini.
Sħab
  • Uffiċċju Ċentrali tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Familja fi Bratislava
  • Uffiċċju tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Familja f’Dunajská Streda
  • Uffiċċju tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Familja f’Nove Zámky
  • Uffiċċju tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Familja f’Komárno
  • Uffiċċju tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u Familja f’Levice
  • Kunsill Reġjonali tat-Trejd Unjins/KOZ tar-reġjuni ta’ Nitra u Trnava
  • Kunsill Reġjonali ta’ l-AZZZ SR (Federazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet ta’ Min Iħaddem tar-Repubblika tas-Slovakja) f’Trnava
  • Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Impjiegi f’Budapest
  • Uffiċċju tax-Xogħol Reġjonali Trans-Danubju tal-Punent fi Győr
  • Uffiċċju tax-Xogħol Reġjonali Trans-Danubju Ċentrali fi Székesfehérvár
  • Uffiċċju tax-Xogħol Reġjonali ta’ l-Ungerija Ċentrali f’Budapest
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill ta’ l-Ungerija Ċentrali għal Kwistjonijiet
  • Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegaturi
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill ta’ l-Ungerija Ċentrali għal Kwistjonijiet Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegati
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill tat-Trans-Danubju Ċentrali għal Kwistjonijiet Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegaturi
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill tat-Trans-Danubju Ċentrali għal Kwistjonijiet Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegati
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill tat-Trans-Danubju tal-Punent għal Kwistjonijiet Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegaturi
  • Rappreżentazzjoni Reġjonali tal-Kunsill tat-Trans-Danubju tal-Punent għal Kwistjonijiet Relatati ma’ l-Impjiegi, in-naħa ta’ l-impjegati
Koordinatur
Edita Bertová
Indirizz: Úrad práce, sociálnych vecí a rodiny, Slovakia, Biskupa Királya 30, SK - 94501 Komárno
Telefon: +421 35 2442309
Fax: +421 35 7732170
Indirizz ta' l-e-mail: eures.t.danubius@gmail.com