Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

Bayern - Tschechien (DE-CZ)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
Bayern - Tschechien (DE-CZ)
Web Site
http://www.eures-by-cz.eu
Reġjuni koperti
Repubblika Federali tal-Ġemanja: Oberfranken, Oberpfalz, Niederbayern
Repubblika Ċeka: Westböhmen – id-Distretti ta’ Pilsner u Karlsbader Bezirk
Deskrizzjoni Qasira

Is-sħubija ta’ l-EURES ta’ bejn il-Bavarja u r-Repubblika Ċeka, li ġiet stabbilita f’Ottubru 2005, hija l-ewwel sħubija bejn Stat Membru ġdid u ieħor qadim ta’ l-UE. Is-sħubija EURES-T ta’ bejn il-Bavarja u r-Repubblika Ċeka tinkludi d-distretti ta’ Hof, Weiden, Schwandorf, Deggendorf u Passau ta’ l-Aġenzija Ġermaniża ta’ l-Impjiegi u d-distretti Ċeki (kraje) ta’ Plzen u Karlovy Vary. Madwar 2.4 miljun ruħ jgħixu f’dan ir-reġjun, li jkopri 25 000 km2, b’1.2 miljun ruħ jaħdmu f’impjieg bi qligħ. Skond il-figuri ta’ Ġunju 2006, 4 332 persuna qasmu l-fruntiera kuljum biex jaħdmu; 3 842 Ċek vjaġġaw lejn il-Ġermanja, filwaqt li 490 Ġermaniż qasmu lejn ir-Repubblika Ċeka. L-għan tas-sħubija huwa li tiżdied il-mobilità fir-reġjun tal-fruntiera, li jingħelbu l-ostakoli għall-mobilità u li tiġi pprovduta informazzjoni importanti dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol. Dan għandu jnaqqas l-effett fuq il-popolazzjoni u l-ekonomija ta’ kwalunkwe żvantaġġi kkawżati mill-fruntiera. L-attivitajiet ta’ l-imsieħba jestendu għall-għoti ta’ pariri u appoġġ lil min iħaddem u lill-impjegati fir-reġjun:

- Il-ġbir ta’ dejta ta’ natura statistika u li tista’ tiġi mqabbla, fil-qasam tas-suq tax-xogħol u l-forza tax-xogħol fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera
- It-tneħħija ta’ ostakoli li joħolqu restrizzjonijiet u problemi ta’ konġestjoni
- Djalogu ma’ min jimpjega u intraprendituri potenzjali f’diversi oqsma
- Il-provvista ta’ aċċess usa’ għas-servizzi ta’ l-EURES
- Il-provvista ta’ informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol lil min jimpjega, min qed ifittex xogħol u lill-istudenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera
- L-iskambju ta’ avviżi ta’ postijiet vakanti u l-għotja ta’ sostenn lil kull min qed ifittex xogħol fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera
- Sostenn lil min jimpjega u huwa nvolut fir-reklutaġġ bejn iż-żewġ fruntieri
- Provvista ta’ informazzjoni u sostenn lil dawk l-impjegati li jiċċaqalqu minn post għall-ieħor, dwar postijiet ta’ xogħol vakanti u kundizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol fir-reġjun ta’ madwar il-fruntiera
Sħab
L-Aġenzija Federali tal-Ġermanja għall-Impjieg (Bundesagentur für Arbeit (BA),
Uffiċċju Ċentrali għal Impjieg (Zentralstelle für Arbeitsvermittlung (ZAV)
Il-Ministeru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Ċeka (Ministerium für Arbeit und soziale Angelegenheiten der Tschechischen Republik)
Aġenziji għall-Impjieg ġewwa Hof, Weiden, Schwandorf, Deggendorf u Passau
Id-Direttorat Reġjonali tal-Bavarja ta’ l-Aġenzija Federali għax-Xogħol (Regionaldirektion Bayern der Bundesagentur für Arbeit (BA)

L-Uffiċċju għall-Impjieg ġewwa Pilsen
L-Uffiċċju għall-Impjieg ġewwa Karlsbad
Iż-Żona Reġjonali tal-Bavarja tal-Konfederazzjoni Ġermaniża tat-Trejd Unjins (Deutscher Gewerkschaftsbund (DGB) Bezirk Bayern
Il-Konfederazzjoni Marovjana-Boemjana tal-Federazzjonijiet tat-Trejd Unjins (Böhmisch-Mährische Konföderation der Gewerkschaftsbünde) – Il-Kunsill Reġjonali tad-distretti ta’ Pilsen u Karlsbad tal-Konfederazzjonijiet tat-Trejd Unjins (Regionalrat der Gewerkschaftsbünde des Pilsner und des Karlsbader Bezirks
Il-Kamra tal-Kummerċ tad-Distrett ta’ Pilsen (Bezirkswirtschaftskammer des Pilsner Bezirks)
Il-Boemja – Uffiċċju ta-DGB e.V. ta’ Komunikazzjoni ta’ Informazzjoni u ta’ Pariri tal-Bavarja (BoBaKom im DGB e.V).
Il-Kamra ta’ l-Industrija u l-Kummerċ ta’ Regensburg (Industrie- und Handelskammer Regensburg)
Koordinatur
Petr Arnican
Indirizz: DGB Bezirk Bayern, Abteilung Grenzüberschreitende Beziehungen., Hochstraße 16, DE-92637 Weiden
Telefon: +49 961 416302-15
Fax: +49 961 416302-22
Indirizz ta' l-e-mail: petrarnican@seznam.cz