Għajnuna għal din it-taqsima

EURES fir-reġjuni transkonfinali

EuresChannel (BE-FR-UK)

Isem tal-assoċjazzjoni transfruntiera
EuresChannel (BE-FR-UK)
Web Site
http://www.eureschannel.org
Reġjuni koperti
EuresChannel tkopri d-distrett Belġjan ta’ Flanders tal-lvant u Hainaut, ir-reġjun Franċiż Nord/Pas-de-Calais u Kent fir-Renju Unit.
Deskrizzjoni Qasira
EuresChannel huwa l-ewwel reġjun EURES trans-nazzjonali, li lien stabbilit. L-isħubija bejn Hainault, Nord/Pas-de-Calais u l-Punent ta’ Flanders ilha teżisti mill-1991. Kienet akkumpanjata minn Kent fl-1992.
Ekonomikament u strateġikament san huwa qasam importanti, grazzi għat-TGV, il-ferries u ċ-Channel Tunnel.
Il-partnership għandu l-għan li jwettaq numru ta’ attivitajiet immirati sabeix jgħinu nies li jixtiequ jaħdmu jew isgwu taħriġ in-naħa l-oħar tal-fruntjiera.
Minn barra dan jgħin lil min iħaddem li huma interessati f’ reklutaġġ trans-nazzjonali. L-isħubija stabbilixxiet network ta’ Euresadvisers mħarrġa, li jipprovdu informazzjoni u parir għal min qed ifittex xogħol u għal min iħaddem.
L-attivitajiet bi sħab huma:
- l-iffaċilitar ta’ l-aċċess għal "servizzi nazzjonali",
- l-organiżżar ta’ workshops għal min qed ifittex xogħol u jipprovdi sessjonijiet informattivi għal ħaddiema tal-frutjiera,
- l-iffaċilitar ta’ l-iskambju ta’ offerti ta' xogħol u applikazzjonijiet,
- l-għotja ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ l-għajxien fl-erba’ reġjuni,
- l-appoġġ għall-politika ta’ taħriġ li għandha l-mira li tiffaċilita mobilità trans-nazzjonai,
- l-iskambju ta’ l-aħjar prattika,
- l-għoti ta’ l-istatistika rilevanti għal min iħaddem u informazzjoni dwar l-ispejjes tax-xogħol u leġislazzjoni importanti.
Sħab
EuresChannel huwa network li huwa ibbażat fuq il-ko-operazzjoni voluntarja tal-membri kostitwenti tagħha. Bl-istess mod kif ir-reġjuni kkonċernati għandhom il-lingwi u kulturi differenti tagħhom, il-partnership li tikkostitwixxi il-EuresChannel hija diversifikata ħafna:
- is-servizzi pubbliċi tax-xogħol tar-reġjuni Nord/Pas-de-Calais, il-Punent ta’ Flanders, Hainaut u Kent: ANPE, FOREM, VDAB u South Kent College appuntati mis-Servizzi tax-xogħol ta’ Kent.
- Il-Kunsill tat-Trade Union Inter-reġjonali li jiġbor fih it-trade unions mill-4 reġjuni: Hainaut, Nord/Pas-de-Calais, il-Punent ta’ Flanders u Kent: ABVV, FGTB, ACV, CSC, CFDT, FO, CGT u TUC.
- L-organizazzjonijiet ta’ min iħaddem mill-4 reġjuni: UCM, Cité et Entreprises u UNIZO Regio Kortrijk
Koordinatur
Inge Peeraer
Indirizz: Koning Albert I-laan 1.2, BE - 8020 Sint-Michiels, Bruges
Telefon: +32 474840043
Fax: +32 50 34 42 39
Indirizz ta' l-e-mail: inge.peeraer@vdab.be