Għajnuna għal din it-taqsima

REKLUTAĠĠ BARRA MILL-PAJJIŻ

Ir-reklutaġġ ta’ pajjiżi oħrajn minn pajjiżi oħrajn taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jista’ jipprovdi lin-negozji bl-opportunità li jsibu ħaddiema motivati u ta’ ħila, speċjalment fil-każ ta’ nuqqas nazzjonali fil-forza tax-xogħol f’setturi ekonomiċi speċifiċi. Jista’ jikkontribwixxi wkoll għaż-żieda fil-kompetittività u l-innovazzjoni korporattiva.

Madankollu, li ssib ħaddiema minn pajjiż Ewropew ieħor jista’ jkun kompitu diffiċli jekk tkun għadek qatt ma ppruvajt tagħmel dan qabel. X’għandek tagħmel biex tibda? X’għandek tikkunsidra? Min jista’ joffrilek għajnuna u appoġġ?

Il-lista ta’ kontroll fi tliet stadji ta’ hawn taħt sejra tagħtik idea tal-passi li jeħtieġ li tieħu qabel (il-passi tar-riċerka), matul (il-proċess ta’ reklutaġġ f’pajjiż ieħor taż-ŻEE) u wara (il-proċess ta’ żamma)ir-reklutaġġ barra mill-pajjiż.

Lista ta’ kontroll

Jekk għandek xi mistoqsija dwar ir-reklutaġġ barra mill-pajjiż, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Ikkuntattja konsulent tal-EURES” biex issib l-eqreb konsulent ta’ EURES tiegħek.

Sabiex jispirawk, hawn xi kummenti minn dawk li jimpjegaw li bbenifikaw mir-reklutaġġ barra mill-pajjiż, jew bl-assistenza tal-Konsulenti tal-EURES jew inkella mill-fieri tar-reklutaġġ organizzati minn EURES:

 IR-RENJU UNIT

‘Jacaranda Recruitment’ issa ilha taħdem b’suċċess ma’ EURES għal dawn l-aħħar snin. Aħna ngħatajna l-appoġġ sabiex insibu l-kandidati xierqa għar-reklutaġġ permanenti fis-settur soċjali fir-Renju Unit u issa qegħdin inħarsu ‘l quddiem għall-avvenimenti tas-sena d-dieħla u kollaborazzjonijiet oħrajn mal-pajjiżi Ewropej ġirien tagħna.’

Rene Mantik, Konsulent tal-Marketing Internazzjonali
Jacaranda Recruitment, ir-Renju Unit

 L-OLANDA

‘Ilna naħdmu mal-EURES mill-1996. Kull sena diversi konsulenti f’pajjiżi differenti jgħinuna nirreklutaw madwar 370 impjegat staġjonali. Il-Konsulenti tal-EURES huma dejjem ta’ għajnuna kbira, infurmati sewwa u jafu kif għandhom ipoġġu l-kumpanija tagħna f’pajjiżhom. Għandna ħafna fiduċja fl-EURES u nħossuna privileġġjati li naħdmu magħhom.’

Isabelle van Aarle, Maniġer Ġenerali,
Cosmo Entertainment, l-Olanda

MALTA

Kien ta’ pjaċir kbir għal MISCO Malta li tieħu sehem fil-Fiera Ewropea tal-Impjiegi fi Brussell. Kienet l-ewwel darba li MISCO ipparteċipat f’fiera internazzjonali tal-impjiegi u kienet esperjenza pożittiva li nħarsu ‘l quddiem biex nerġgħu nieħdu sehem fiha fil-ġejjieni. L-EURES ikkontribwixxa għas-suċċess ta’ din il-fiera tal-impjiegi u nixtiequ nirringrazzjawhom għall-għajnuna kollha li tawna.

Is-Sra. Joanne Scerri
Amministratur Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani, MISCO
Malta

IL-GREĊJA

Fi ‘Climax’ nieħdu gost li jkollna persunal internazzjonali sabiex jassistu lill-ħafna klijenti internazzjonali tagħna. Għalhekk, l-EURES jipprovdi s-servizz perfett għar-ristorant tagħna u jagħmel dan b’mod effiċjenti u ta’ għajnuna. Il-Konsulenta tal-EURES lokali tagħna taf eżatt x’inkunu qegħdin infittxu meta nirreklutaw il-persunal u dejjem tkun pronta biex tikkuntattjana meta tiltaqa’ ma’ CV interessanti.’

Papangelis Polyhronis, Proprjetarju,
Climax Restaurant and Bar, il-Greċja

Aħna nilqgħu s-suġġerimenti tiegħek bl-e-mail dwar suġġetti ġodda biex jiżdiedu mal-lista ta’ kontroll (indirizz tal-e-mail: empl-eures@ec.europa.eu).