Għajnuna għal din it-taqsima

Min jimpjega

Din it-taqsima hija mfassla biex tgħin lil dawk li jħaddmu fl-Ewropa biex isibu l-ħaddiema li jeħtieġu għall-postijiet tax-xogħol battala tagħhom u tipprovdi informazzjoni siewja dwar ir-reklutaġġ fis-suq tax-xogħol Ewropew.

X’jista’ jagħmel għalik l-EURES?

L-Ewropa toffri bosta opportunitajiet għal dawk li jħaddmu li jkunu qegħdin ifittxu għarfien speċifiku. L-EURES jista’ jipprovdi lil dawk li jħaddmu, b’mod partikolari negozji żgħar u ta’ daqs medju, b’servizz personalizzat għall-aċċess għall-ħaddiema potenzjali disponibbli fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Jekk tixtieq tkun taf...

...fejn u kif tista’ tħaddem ħaddiema / impjegati

Uża waħda jew aktar minn dawn l-għażliet:

  • ikkonsulta l-informazzjoni u l-istatistika dwar is-suq tax-xogħol skont il-pajjiż fit-taqsima "Ħajja u Xogħol"
  • fittex CVs ta’ kandidati xierqa u kkuntattjahom faċilment billi tirreġistra bla ħlas f’"L-EURES tiegħi" għal min iħaddem
  • kun af dwar kif tpoġġi l-impjiegi tiegħek fuq il-portal tal-EURES billi tikklikkja fuq "Irreklama impjieg"
  • kun konxju dwar l-istadji li għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess tar-reklutaġġ billi tikklikkja fuq "Reklutaġġ barra mill-pajjiż"
  • kun af dwar l-avvenimenti ta’ tagħrif u reklutaġġ tal-EURES li qegħdin isiru bħalissa fl-Ewropa billi tikklikkja fuq "Kalendarju ta’ Avvenimenti"

… ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-ħaddiema mibgħuta

Ħaddiem mibgħut huwa xi ħadd impjegat fi Stat Membru wieħed tal-UE iżda li jintbagħat minn min iħaddmu biex iwettaq il-ħidma tiegħu fuq bażi temporanja fi Stat Membru ieħor. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek ikollha bżonn tibgħat ħaddiema fi Stat Membru ieħor, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima "Reklutaġġ barra mill-pajjiż", fejn issib lista ta’ kontroll dwar dak li għandek tkun taf QABEL tħaddem ħaddiema minn barra l-pajjiż. 

...aktar dwar in-netwerk u s-servizzi tal-EURES

Hemm aktar minn 800 konsulent tal-EURES li huma lesti jinfurmawk u jgħinuk dwar kwalunkwe ħaġa relatata mas-suq tax-xogħol Ewropew. Barra minn hekk, is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u s-sħubiji transkonfinali tal-EURES fiż-ŻEE spiss ikollhom servizzi speċjalizzati mfassla għal min iħaddem.

Jekk jogħġbok sib id-dettalji ta’ kuntatt ta’

  • Konsulenti tal-EURES billi tikklikkja fuq "Ikkuntattja konsulent tal-EURES"
  • Membri tal-EURES u servizzi ta’ Impjiegi Nazzjonali f’"Links Relatati"

Jekk jogħġbok ikkonsulta preferibbilment l-eqreb servizzi ta’ impjiegi pubbliċi u/jew Konsulent tal-EURES f’pajjiżek jew f’reġjun ta’ sħubija transkonfinali għal kwalunkwe skop ta’ konsulenza jew reklutaġġ.