Il-Moviment liberu

Informazzjoni dwar ir-regoli transitorji li jirregolaw il-moviment liberu ta' ħaddiema minn, lejn u bejn l-Istati Membri l-ġodda

Kummissjoni Ewropea:

Fil-Pajjiżi Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) 1 il-moviment liberu ta’ ħaddiema huwa dritt fundamentali li jippermetti ċittadini ta’ wieħed mill-pajjiżi taż-ŻEE li jaħdmu f’ pajjiż ieħor taż-ŻEE bl-istess kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini ta’ dak l-istat membru.

Matul perjodu ta tranżizzjoni ta 7 snin wara l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta Lulju 2013, ċerti kundizzjonijiet għandhom mnejn jistgħu jiġu applikati li jillimitaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema mill-Kroazja u lejha.

Dawn ir-restrizzjonijiet jikkonċernaw biss il-libertà tal-moviment għal skopijiet ta xogħol u jistgħu jvarjaw bejn pajjiż tal-UE u ieħor.

Billi jintgħżel pajjiż mil-lista hawn taħt tista’ ssib liema regoli japplikaw f’ dak il-pajjiż għal persuni li jfittxu impieg li jiġu minn Stati Membri oħra.