Għajnuna għal din it-taqsima

Membri Nazzjonali ta’ l-EURES

Is-servizzi pubbliċi ta’ l-impjiegi (PESs Public employment Services) ta’ l-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea jipprovdu servizzi b’network ta’ iżjed minn 5 000 uffiċċju ta’ impjieg lokali b’iżjed minn 100 000 ruħ bħala staff li joffri servizzi lil min qed ifittex xogħol u lil min iħaddem.

Filwaqt li l-PESs huma strutturati b’mod differenti f’kull pajjiż, ilkoll jagħmlu l-istess ħidma bażika li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-provvista u d-domanda għas-suq tax-xogħol bil-provediment ta’ informazzjoni, allokazzjoni u servizzi ta’ appoġġ attivi.

Missjoni

- Is-Servizzi ta’ l-Impjiegi Pubbliċi joffru aċċess ħieles għas-suq tax-xogħol f’livell lokali, nazzjonali u Ewropew lil kull min qed ifittex xogħol, min iħaddem u kumpaniji li jispeċjalizzaw fir-reklutaġġ tal-persunal. Għal dan il-għan, huma jipprovdu informazzjoni komprensiva u dettaljata fuq xogħlijiet disponibbli u fuq min ifittex ix-xogħol, fuq materji ta’ interess. Huma joffru għażla wiesgħa' ta' servizzi attivi biex jassitu lil min qed ifittex ix-xogħol u r-reklutaġġ tal-persunal.

- Fejn hemm postijiet vakanti suffiċjenti li m’humiex disponibbli għal kull min qed ifittex ix-xogħol li hu qiegħed immedjatement, u/jew fejn is-sengħa ta' min qed ifittex ix-xogħol ma jaqblux mad-domanda tas-suq, jew fejn problemi oħra jagħmulha diffiċli li ssib xogħol, l-PESs joffru aċċess għal iktar servizzi komprensivi biex jilħqu l-bżonnijiet individwali. Huma jassiguraw li ħadd minn fost dawk li qed ifittxu xogħol ma jkun marġinizzat minħabba nuqqas ta’ assistenza adegwata biex issib xogħol adattat, u min-naħa tagħhom dawk li qed ifittxu xogħol huma mħeġġa jagħmlu sforzi suffiċjenti u verifikabbli biex isi bu xogħol.

- Impriżi huma offruti għażla ta' servizzi ta' kwalità li jirrikonċiljaw il-bżonnijiet tagħhom u l-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol. Billi jipprovdu dawn is-servizzi lill-impriżi, l-PESs jidħlu wkoll fi sħab ma’ min jimpjega biex jakkwistaw l-għanijiet ekonomiċi u soċjali

Sħab fil-EURES

Servizzi ta’ l-impjieg pubbliku jikkollaboraw attivament fil-livell Ewropew biex itejbu s-servizzi tagħhom. Huma sħab fil-EURES biex jiffaċilitaw il-mobilità minn pajjiż għal ieħor fis-suq tax-xogħol Ewropew u, bħala tali, huma kontributuri ewlenin għal dan il-Portal tal-Mobiltà tax-Xogħol Ewropew.