Għajnuna għal din it-taqsima

Taħriġ

Ir-rata ta’ tibdil rapidu u l-iżvilupp jagħmilha neċessarja li takkwista u żżid l-għerf u s-sengħa kostantament fil-ħajja ta’ persuna. ‘Lifelong learning’ hi waħda mill-pedamenti biex tkun impjegabbli għal ħajtek kollha.

Barra dan, li tistudja f’pajjiż ieħor tista’, tkun esperjenza li ssawrek u tgħinek tiżviluppa kompetenzi importanti transnazzjonali.

It-taqsima tat-Tagħlim tal-Portal tax-Xogħol tal-EURES, li hija pprovduta mill-PLOTEUS, servizz tal-Kummissjoni Ewropea, fiha informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ma' l-Ewropa kollha, bħal websites ta’ istituzzjonijiet edukattivi għolja, databases u korsijiet ta’ taħriġ, skola, eċċ.