Dwar it-tiftix ta' Impjieg bil-EURES Għajnuna għal din it-taqsima

L-impjiegi li jinsabu fil-Portal ta’ l-EURES huma rreklamati mill-Membri u mill-Imsieħba ta’ l-EURES, b’mod partikolari s-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku Ewropew. Dawn jużaw l-EURES sabiex jirreklamaw impjiegi li għalihom il-persuna li timpjega hija interessata li tirrekluta ħaddiema minn pajjiżi Ewropej oħrajn. Dawn “l-impjiegi EURES” għandhom bandiera blu li tindika li l-persuna li timpjega hija interessata b’mod partikolari fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi Ewropej oħrajn.

Sabiex tiżdied it-trasparenza tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa l-impjiegi kollha li huma rreklamati mis-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku Ewropew jintwerew fuq is-sît tagħna gradwalment sakemm kollox jiġi inkluż fl-2005. Dawn l-impjiegi m’għandhomx il-bandiera blu u mhumiex “impjiegi EURES”.

Il-postijiet tax-xogħol battala jkopru firxa wiesgħa ta’ xogħolijiet u jinkludu opportunitajiet ta’ l-impjieg permanenti u għal staġun. Kull post tax-xogħol battal għandu informazzjoni dwar kif wieħed għandu japplika u lil min għandu jikkuntattja. Il-persuna ta’ kuntatt tista’ tkun jew konsulent ta’ l-EURES li jipproċessa l-applikazzjoni jew, f’każijiet oħra, tista’ tiġi kkuntattjata direttament il-persuna li timpjega.

Id-database ta’ tfittxija għal imjieg ta’ l-EURES tiġi aġġornata kuljum mis-servizzi ta’ l-impjieg Ewropej u n-notifiki ta’ impjiegi jidhru fis-sistema sakemm ikunu attwali biss.

Punti li żżomm f’moħħok meta tuża l-EURES Job-Search:

Filwaqt li ħafna mid-dettalji dwar ix-xogħol, bħat-tip ta’ kuntratt, esperjenza u livell ta’ edukazzjoni meħtieġa eċċ, huma tradotti fit-tliet lingwi, dan mhux dejjem hu l-każ għat-titolu u t-test ta’ l-avviż. Tiftixa bil-keyword billi tuża keywords f’lingwa waħda tista’ ma ttellax għalhekk il-postijiet vakanti kollha disponibbli fid-database. Jekk, per eżempju, inti tfittex billi tuża l-kelma bl-Ingliż “waiter” bħala keyword, probabbli inti ma ssibx l-istess avviżi li inti ssib jekk tuża l-keyword Franċiża “serveur”. Il-kategoriji predefiniti taħt “professjoni”, “esperjenza meħtieġa”, “post” eċċ, madanakollu jkopru, t-tliet verżjonijiet tal-lingwa.

Għandek bżonn l-għajnuna?  
Għandek bżonn l-għajnuna?