Punti ta’ kuntatt tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji

Hemm għadd ta’ servizzi u ċentri ta’ kuntatt biex jgħinu liċ-ċittadini tal-UE u lin-negozji biex jagħmlu l-aħjar użu mid-drittijiet tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea żviluppat paġna web dedikata, li tinkludi funzjoni ta’ tiftix fejn l-utenti jistgħu jagħmlu t-tiftix tagħhom permezz ta’ lista tal-menu fuq parametri bħal: tema, tip ta’ servizz, sitwazzjoni professjonali, pajjiż jew sett ta’ kliem ewlieni predefinit.
 
Sew jekk qed tfittex aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE; teħtieġ assistenza personalizzata jew parir fuq kwistjoni relatata mal-UE; jew teħtieġ soluzzjoni għall-problema tiegħek fil-livell tal-UE, din il-paġna toffri aċċess mgħaġġel u dirett għas-servizzi li jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek.
 
Il-funzjoni tat-tiftix u l-informazzjoni ta’ kuntatt huma disponibbli bil-verżjonijiet tal-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża.
 
Link:
 
Il-punti ta’ kuntatt tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji
 
 
Videos:
 
Enterprise Europe Network
Solvit
Europe Direct
EURES portal
Your Europe – Business


 

Kuntent/a bl-informazzjoni pprovduta f'din il-paġna?