Min iħaddem

Jiena nista’ noffri mpjieg. Kif nirreġistra bħala persuna li tħaddem fl-“EURES CV-Onlajn”?

Biex min iħaddem ikollu aċċess għall-“EURES CV-Onlajn”, l-impriża ta’ dik il-persuna li tħaddem trid tkun ibbażata f’wieħed mit-30 pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew fl-Iżvizzera, u jkollha numru validu tal-VAT jew numru Nazzjonali ta’ Reġistrazzjoni.  Ladarba in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħek ikun ġie approvat, inti tkun tista’ jkollok aċċess għas-servizzi mingħajr ħlas li l-EURES joffri għal min iħaddem.

X’nista’ nagħmel wara li nkun irreġistrajt fl-“EURES Tiegħi”?

Ladarba tkun irreġistrat fl-“EURES Tiegħi” int jkollok aċċess għas-CVs ta’ min ikun qed ifittex xogħol fid-database ta’ l-EURES; barra minn hekk, int tkun tista’ taħżen il-kriterji li jkunu jikkorispondu għar-rekwiżiti tiegħek u tirċievi notifiki permezz ta’ l-e-mail hekk kif ikun hemm xi ħadd minn fost dawk ir-reġistrati li jkunu qed ifittxu xogħol li jkunu jaqblu mal-kriterji li int tfajt. Int tkun tista’ imbagħad tikkuntattjhom direttament b’messaġġi personalizzati permezz ta’ l-EURES.

Kif nista’ nippublika post tax-xogħol vakanti fl-“EURES Fittex Xogħol?

Dawk il-persuni li jħaddmu u li jixtiequ jirreklamaw post vakanti fl-EURES għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-paġna “Irreklama xogħol” fis-taqsima “Min Jimpjega”. Il-proċeduri jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Xi pajjiżi għandhom “self-service” li jippermetti lil min iħaddem sabiex jippublikaw il-postijiet ta’ xogħol vakanti tagħhom onlajn. F’kull każ, int tista’ dejjem tikkuntattja l-konsulenti EURES u titlob assistenza minn għandhom.

Kemm idum avviż ta’ post vakanti fl-“EURES Fittex Xogħol?

Id-database ta’ l-“EURES Fittex Xogħol” hu aġġornat kuljum mis-servizzi ta’ l-impjiegi Ewropej, u notifiki ta’ postijiet vakanti jibqgħu biss fis-sistema sa kemm jibqgħu kurrenti.

Kuntent/a bl-informazzjoni pprovduta f'din il-paġna?