CV onlajn

Nista’ nfittex xogħol anki jekk ma nkunx reġistrat fl-“EURES tiegħi”: għaliex għandi nirreġistra fis-“CV-Onlajn”?

“EURES Fittex Xogħol” jinsab disponibbli għall-utenti kollha anki jekk dawn ma jkunux irreġistrataw għal kont fil-“EURES tiegħi”. Madankollu, ir-reġistrazzjoni fl-“EURES tiegħi” toffrilek iktar servizzi:

  • tista’ titfa’ is-CV tiegħek li jtik iktar ċans sabiex min iħaddem ikun jista’ jintraċċak għal possibilità ta’ mpjieg
  • tista’ toħloq is-CV tiegħek f’kull lingwa ta’ l-UE u dan jista’ jiġi faċilment tradott f’lingwi oħra
  • tista’ tidefinixxi u żżomm profili fil-“Fittex Xogħol” u b’hekk tirċievi notifiki permezz ta’ l-e-mail kull meta jkun hemm xogħlijiet li jkunu jaqblu mal-profil tiegħek.

Kif npoġġi s-CV tiegħi fid-database ta’ l-“EURES Fittex Xogħol”?

L-ewwel trid toħloq kont “EURES tiegħi”. Wara li tirreġistra, segwi l-istruzzjonijiet murija bil-proċedura pass pass u imla l-oqsma obbligatorji kollha.
Dan is-servizz hu b’xejn.

Kif nista’ nbiddel ic-CV tiegħi?

Inti tista’ tbiddel s-CV tiegħek il-ħin kollu billi tidħol fl-“EURES tiegħi” bil-user ID tiegħek u l-password.

Kemm idum jinżamm is-CV tiegħi fid-database ta’ l-“EURES CV-Onlajn”?

Dawk li qed ifittxu xogħol iridu jżuru l-homepage tagħhom biex il-profil tagħhom jibqa' aċċessibli għal min iħaddem. Jekk min qed ifittex ix-xogħol ma jżurx il-homepage tiegħu/tagħha għal 12-il ġimgħa il-profil ma jibqax iktar aċċessibli għal min iħaddem. Jekk min qed ifittex ix-xogħol ma jżurx il-homepage għal sena, l-profil jiġi mħassar.

Min għandu aċċess għas-CV tiegħi?

Aċċess sħiħ għas-CV hu permess għall-konsulenti ta’ l-EURES u għal min iħaddem li jkunu wkoll irreġistaw fl-“EURES CV-Onlajn”. Int tista’ tiddeċiedi għalik innifsek jekk tkunx trid li xi informazzjoni personali, bħall-isem, l-indirizz eċċ, tkunx tidher jew le.

Jekk irrid is-CV tiegħi jibqa’ anonimu, kif jistgħu dawk li jħaddmu jikkuntatjawni?

Jekk inti tagħżel l-opzjoni “anonima” fl-“EURES CV-Onlajn”,  min iħaddem xorta ikun jista’ jikkuntattjak imma jkun jista’ jagħmel dan biss permezz tas-servizz EURES sabiex ma jsirx jaf id-dettalji personali tiegħek.

X’nagħmel jekk ninsa l-user-name jew il-password fl-“EURES tiegħi?

Jekk inti nsejt l-password jew user-name ta’ l-“EURES tiegħi”, tista tirċievi oħrajn billi: Ikklikja fuq “Insejt il-username jew il-password tiegħek?”  taħt il-“Illoggja fl-EURES Tieghi” fil-paġna prinċipali u segwi l-istruzzjonijiet.
Il-password u l-user-name tiegħek jiġi mibgħut lilek awtomatikament permezz ta’ l-e-mail fuq l-indirizz li int tajt meta rreġistrajt ma’ l-EURES. Jekk tkun insejt kemm il-user name kif ukoll il-password, trid tikkuntattja l-helpdesk ta’ l-EURES. Id-dettalji meħtieġa sabiex tikkuntattjahom jinstabu fil-portal taħt “Kuntatt”.

Nista’ nbiddel l-informazzjoni personali tiegħi?

Int tista’ tibdel l-informazzjoni personali tiegħek meta trid, kull ma għandek tagħmel huwa li tidħol fl-“EURES tiegħi” billi tuża l-user-ID u l-password tiegħek u minn hemm tkun tista’ tbiddel id-dejta tiegħek.

Nista’ nħassar ismi u d-dejta tiegħi mill-“EURES CV-Onlajn”?

Wara li tidħol fl-“EURES tiegħi”, agħżel “irtira r-reġistrazzjoni mill-EURES tiegħi”. L-informazzjoni kollha dwarek għandha tiġi mħassra mid-database.
Jekk wara xi żmien tkun trid ikollok aċċess għal “EURES CV-Onlajn” tkun trid tirreġistra darb’oħra.

Jien m’iniex ċittadin ta’ l-UE: nista’ nirreġistra fl-“EURES Tiegħi”?

Is-servizzi onlajn ta’ l-EURES huma disponibbli bla ebda ħlas għal kull min għandu aċċess għal Web. Int tista’ tirreġistra fl-EURES Tiegħi u tagħmel it-tiftixa tiegħek għax-xogħlijiet. Madanakollu, il-fatt li int issib xogħol minn fuq l-EURES ma jbiddel xejn mill-obbligi legali u l-proċeduri amministrattivi li jistgħu japplikaw għaċ-ċittadini mhux membri ta’ l-UE.

Kuntent/a bl-informazzjoni pprovduta f'din il-paġna?