Mobilità tax-xogħol

Nista’ mmur liberament f’pajjiż ieħor sabiex naħdem hemm?

Kull ċittadin ta’ l-UE għandu d-dritt li jaħdem u jgħix f’kull Stat Membru mingħajr ma jiġi diskriminat fuq bażi ta’ nazzjonalità. Il-moviment liberu ta’ persuni huwa waħda mill-libertajiet fundamentali garantiti mit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea (Art. 3, 39, 40) u mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

Ir-regoli tal-Komunità dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema japplikaw ukoll għall-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, l-Liechtenstein u n-Norveġja). ). L-Iżvizzera għandha ftehim bilaterali ma’ l-UE rigward il-moviment ħieles tal-persuni.

Huwa importanti li wieħed jinnota li wara t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004 u fl-2007, jeżisti perijodu transitorju ta’ massimu ta’ seba’ snin li matulhom il-liġi tal-Komunità  mhux se tapplika bis-sħiħ fl-UE ta’ wara t-tkabbir. Iktar informazzjoni tinstab disponibbli fis-taqsima “Ħajja u Xogħol”, “Moviment Liberu tal-ħaddiema”

Għalfejn il-Kummisjoni Ewropea tippromovi l-mobilità?

Mobilità aktar tax-xogħol, bejn l-impjiegi (mobilità tax-xogħol) u fi ħdan u bejn il-pajjiżi (mobilità ġeografika), tikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali, livell għoli ta' l-impjiegi, u biex tibbilanċja l-iżvilupp sostenibbli. Hi tgħin ukoll lill-ekonomija Ewropea, l-ħaddiema jaddattaw ruħhom għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu mingħajr diffikultà u b’mod effiċjenti, u tipprovdi l-impuls għat-tibdil fl-ekonomija global kompetitiva. Iktar mobilità bejn l-Istati Membri tgħin ukoll iktar integrazzjoni politika mill-qrib ma' l-UE.

Għaliex għandhom l-Ewropej japprofittaw mill-mobilità?

Fl-Ewropa hemm madwar 2-3 miljun impjieg li mhux mimlija waqt li r-rata tal-qgħad hija ta’ madwar 10% (25% għaż-żgħażagħ). Barra minn hekk, 59% ta’ dawk li jiċċaqalqu waqt li jkunu bla xogħol jirnexxielhom fil-fatt isibu xogħol fi żmien sena (meta paragunat mal-35% ta’ dawk li jibqgħu f’pajjiżhom).
L-Ewropa toffri opportunitajiet kbar lil min jixtieq jiċċaqlaq sabiex jimxi l-quddiem. Madanakollu jibqa’ l-fatt li l-Ewropej huma statiċi ħafna.
1.2% tal-popolazzjoni ta' l-UE mxiet minn reġjun għall-ieħor fl-1999, filwaqt illi 5.9% tal-popolazzjoni mxiet minn stat għall-ieħor fl-Istati Uniti. Kienu biss 225,000 ruħ (0.1% tal-popolazzjoni ta’ l-UE) li mxew bejn żewġ pajjiżi ta’ l-UE fl-2000. 0.2% tal-popolazzjoni totali tax-xogħol fl-UE jgħixu f’wieħed mill-pajjiżi u jaħdmu f’ieħor. Mill-34 miljun ħaddiem li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri, 1.4 % jew 497,000 jaħdmu f’pajjiż li mhux dak tagħhom (figuri 1999).

X’inhuma l-vantaġġi li timxi lejn pajjiż ieħor?

Hemm ħafna affarijiet x’jinkisbu minn perjodu ta’ studju jew xogħol barra: bdil veru ta’ l-ambjent, persuni b’orizzonti ġodda, kuntatti ta’ kuljum ma’ kultura differenti, opportunità li titgħallem lingwa ġdida, opportunità li taħdem u tistudja ma’ nies li ġejjin minn sfond differenti, skambji ta’ ideat u qsim ta' esperjenzi.

Kuntent/a bl-informazzjoni pprovduta f'din il-paġna?