Servizzi ta’ l-Internet ta’ l-EURES

Id-databases ta’ l-EURES jiġu aġġornati ta’ spiss?

Id-database tal-postijiet vakanti ta’ l-EURES jiġi aġġornat kuljum. Informazzjoni dwar it-tendenzi tas-suq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien jiġu aġġornati b’mod regolari mill-korrispondenti nazzjonali ta’ l-EURES.

X’tip ta’ informazzjoni joffri l-portal ta’ l-EURES?

Il-portal ta’ l-EURES mhux biss joffri informazzjoni fuq l-impjiegi disponibbli fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Iżvizzera, imma joffri wkoll informazzjoni dwar it-tendenzi fis-suq tax-xogħol fil-pajjiżi kollha u r-reġjuni taż-ŻEE, informazzjoni prattika fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol fl-Ewropa, kif ukoll database onlajn li jkollu s-CVs ta' min qed ifittex ix-xogħol.

Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obligazzjonijiet tiegħi meta nimxi minn pajjiż għall-ieħor?

Is-sezzjoni tal-portal tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol fiha dettalji ta’ numru ta’ affarijiet importanti dwar kif issib akkommodazzjoni, kif issib skola, kif tgħix, leġislazzjoni soċjali, tqabbil ta’ kwalifiki, eċċ.

F’liema lingwi ssib il-portal ta’ l-EURES?

Il-portal tal-mobilità EURES huwa disponibbli f’ħamsa u għoxrin lingwa ta’ l-Unjoni Ewropea/ ŻEE, li huma:  il-Bulgaru, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, l-Irlandiż, l-Iżlandiż, it-Taljan, il-Latjvan, il-Litwan, l-Ungeriż, l-Olandiż, il-Malti, in-Norveġiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż u l-Iżvediż.

L-għan tagħna huwa li nipprovdu informazzjoni kemm jista’ jkun possibbli fil-25 linwga iżda mill-anqas bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Għall ewwel darba l-informazzjoni fis-sezzjoni “Ħajja u Xogħol” hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u (fil-maġġoranza tal-każijiet) fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż in kwistjoni wkoll.

 

Kuntent/a bl-informazzjoni pprovduta f'din il-paġna?