Għajnuna għal din it-taqsima

EURES

EURES tgħin lill-ħaddiema jimxu minn pajjiż għall-ieħor

Is-Servizz ta’ l-Impjiegi ta’ l-Ewropa (EURES) hu network ta’ ko-operazzjoni mfassal biex jiffaċilita l-moviment ħieles tal-ħaddiema fiż-Żona Ekonomika Ewropea; l-Isvizzera hi involuta wkoll. Fost is-sħab fin-network hemm servizzi ta’ impjiegi pubbliċi, trade union, u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem. In-network hu kkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea.

L-għanijiet ewlenin tal-EURES huma

- li jinforma, jiggwida u jipprovdi parir lill-ħaddiema li jridu jemigraw dwar opportunitajiet ta’ xogħol kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fiż-Żona Ekonomika Ewropea;
- jassisti lil min iħaddem li jixtieq jirrekluta ħaddiema minn pajjiżi oħra;
- jipprovdi pariri u gwida lil ħaddiema u min iħaddem f’reġjuni f’pajjiżi oħra.