Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
Agħżel minn serje ta’ vidjows li juru dak li jagħmel il-FSE. Jispjegaw għala jeżisti l-FSE, l-isfidi li jindirizza u s-soluzzjonijiet li joffri. Hemm ukoll informazzjoni dwar l-istorja tal-FSE, li turi kif dan żviluppa sabiex sar strument ewlieni tal-UE għall-appoġġ tal-impjiegi, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja.
Is-suċċess tal-FSE huwa t-total ta’ bosta eluf ta’ stejjer ta’ suċċess personali minn madwar l-UE. Dawn l-istejjer għandhom x’jaqsmu ma’ kif Ewropej individwali ngħataw daqqa t’id biex itejbu l-ħiliet tagħhom, isibu xogħol u jibdlu ħajjithom għall-aħjar. Din is-serje ta’ vidjows tirrakkonta wħud minn dawn l-istejjer, u flimkien juru l-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet tal-FSE.
Il-proġetti tal-FSE huma ppjanati u implimentati fejn hemm bżonnhom – fil-pajjiżi u fir-reġjuni tal-UE. Agħżel pajjiż biex tara eżempjij ta’ kif il-FSE qiegħed jgħin liċ-ċittadini tiegħu jiksbu l-ħiliet u t-taħriġ li jeħtieġu għax-xogħol.
Il-FSE qiegħed jgħin lil nies ta’ veru jegħlbu sfidi ta’ veru u jkomplu għaddejjin. Il-gallerija tar-ritratti fiha stampi ta’ dawn in-nies: ta’ kull età u minn kull tip ta’ sfond, iżda magħqudin fid-determinazzjoni tagħhom biex jirnexxu.