Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
L-esperjenza turi li ħafna mill-kwistjonijiet li l-proġetti tal-FSE jindirizzaw jistgħu jkunu kwistjonijiet kumplessi. F’każijiet bħal dawn, il-FSE jappoġġa sħubiji bejn organizzazzjonijiet, inkluż fil-livell tal-komunitajiet lokali, li jistgħu jwasslu l-massa kritika meħtieġa sabiex jinstabu u jiġu implimentati soluzzjonijiet, pereżempju bil-ħolqien ta’ aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa.
Il-proġetti u l-programmi tal-FSE jinvolvu lil ħafna parteċipanti fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni tagħhom - mhux biss l-UE u istituzzjonijiet nazzjonali, iżda wkoll awtoritajiet reġjonali u lokali, NGOs, komunitajiet lokali u msieħba soċjali, inkluż organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u rappreżentanti tan-negozji.
L-appoġġ tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD - community-led local development) huwa approċċ minn isfel għal fuq li jagħraf li nies u gruppi lokali, b'mod speċjali dawk f'komunitajiet relattivament iżolati, jista' jkollhom għarfien aħjar tal-problemi lokali li jeħtie–u jiġu indirizzati kif ukoll sens ikbar ta’ sjieda u ta’ impenn għas-suċċess tal-proġetti. Flimkien ma’ fondi oħrajn, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jiffinanzja l-infrastruttura, il-FSE jista’ jappoġġa l-impjiegi u l-elementi tal-inklużjoni soċjali ta’ strateġiji ta’ żvilupp immexxija mill-komunità.