chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE huwa repożitarju ta’ materjali li ser jgħinuk iżżomm ruħek aġġornat(a) bl-aqwa prattika u dokumenti ta’ referenza li jiffokaw fuq l-edukazzjoni tal-adulti.

Aħna nippubblikaw studji ta’ każijiet ta’ approċċi, rapporti u dokumenti ta’ politika tal-edukazzjoni tal-adulti innovattivi, kif ukoll artikli ta’ rivisti u gazzetti.

Int ser tkun tista’ wkoll issib riżorsi ta’ edukazzjoni miftuħa, kif ukoll materjal ta’ tagħlim u taħriġ, sabiex b’hekk dejjem ikollok aċċess għall-aqwa għodod li jgħinuk fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum.

Kif tuża ċ-Ċentru tar-Riżorsi

Hemm bosta modi kif tista’ tibbrawsja u tfittex fiċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE:

  1. Ibbrawsja
    L-aktar kontenut ġdid huwa ppreżentat fil-parti ta’ fuqnett tal-paġna, sabiex inti tkun tista’ żżomm ruħek aġġornat(a) faċilment bl-aktar żviluppi riċenti fis-settur.
  2. Fittex
    Mur direttament għal riżorsa speċifika billi tittajpja t-titlu, l-awtur jew il-kelma ewlenija fil-kaxxa tat-tiftix.
  3. Iffiltra
    Iffiltra skont it-tip ta’ riżorsa, tema, tags, pajjiż, awtur u lingwa. Ir-riżorsi rilevanti jiġu elenkati fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna.

It-tfittxija t-tajba!

Kif tista’ tinvolvi ruħek

Għandek xi riżorsa li tixtieq taqsam mal-oħrajn jew pubblikazzjoni interessanti li tixtieq tippubblika f’EPALE? EPALE tista’ tipprovdi dimensjoni addizzjonali lill-proġett tiegħek billi tippromwovi r-riżultati tiegħek f’netwerk professjonali madwar l-Ewropa.

Jekk jogħġbok kun af li: Ir-riżorsi li jidhru f’EPALE mhumiex approvati mill-Kummissjoni Ewropea.

Aħna nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex niżguraw li l-kontenut fuq EPALE, jew ikkollegat direttament miegħu, ma jiksirx ir-regoli u l-konvenzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali li jikkontrollaw il-proprjetà intellettwali. Madankollu, jekk tħoss li aħna ksirna dawn ir-regoli, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-helpdesk ta’ EPALE jew permezz tal-formola ta’ rispons, sabiex b’hekk inkunu nistgħu niżguraw li dan il-kontenut jitneħħa mis-sit.