chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Stqarrija ta' Privatezza

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

EPALE – Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa

 

Stqarrija ta’ Privatezza

 

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura ("EACEA") hija impenjata li tippreserva l-privatezza tiegħek. Id-data personali kollha tiġi ttrattata skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli tal-UE, bħalissa r-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità[1].

Id-dikjarazzjoni ta’ privatezza li ġejja tispjega l-politiki li permezz tagħhom l-EACEA tiġbor, timmaniġġja u tuża d-data personali tal-individwi kkonċernati fi ħdan l-EPALE – il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa.

 

  1. Min huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek (kontrollur tad-data)?

Il-persuna magħżula bħala responsabbli għajnll-operazzjoni ta’ proċessar: il-Kap tal-Unità A5 ta’ EACEA

Indirizz postali: Education Audiovisual and Culture Executive Agency, Avenue du Bourget 1, BOUR, BE-1140 Brussels

Email: EACEA-EPLUS-EPALE@ec.europa.eu

 

  1. Liema data personali tiġi proċessata?

Data obbligatorja:

  • Isem
  • Organizzazzjoni u indirizz (jekk applikabbli)
  • Pajjiż li int ibbażat fih
  • Lingwa/i użata/i
  • Dettalji ta’ kuntatt – eż. indirizz tal-email

Data fakultattiva:

  • Oqsma ta’ interess tematiċi relatati
  • Elementi ta’ interess fuq is-sit eż. tfittxija għal sħab
  • Nazzjonalità
  • Telefon
  • Impjieg

 

  1. Għal-liema għan nipproċessaw id-data tiegħek?

Data personali tinġabar għal finijiet interni fir-rigward ta’ bgħit, distribuzzjoni ta’ informazzjoni eċċ. L-utenti jkunu jistgħu “jinvolvu ruħhom” u joħolqu profili tal-utent aktar dettaljati li jkunu pubbliċi u jistgħu jintużaw biex jgħinu biex jinstabu sħab u utenti oħrajn li jaħdmu f’oqsma simili madwar l-Ewropa sabiex tiġi kondiviża l-aħjar prattika. Madankollu, se jkunu l-utenti li jagħżlu li jaqsmu din l-informazzjoni mal-komunità tal-EPALE.

L-ipproċessar ta’ data personali fil-partijiet rilevanti tal-pjattaforma huwa neċessarju sabiex l-utenti jkunu jistgħu jsibu sħab, sabiex ir-reġistranti tal-EPALE jkunu jistgħu jistgħu jikkomunikaw u jikkollaboraw fi spirtu ta’ fiduċja u rispett reċiproċi u sabiex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet ta’ monitoraġġ sabiex jiġi evitat l-użu mhux xieraq tal-pjattaforma.

 

  1. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi divulgata?
  • Persunal magħżul tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC) u tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (EMPL) designated staff
  • Persunal magħżul tal-EACEA
  • Is-Servizz ta' Appoġġ Ċentrali (CSS) tal-EPALE, immexxi mill-konsorzju Ecorys UK – Intrasoft International
  • Is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSSs) tal-EPALE, li huma responsabbli għall-promozzjoni tal-EPALE lill-partijiet ikkonċernati lokali u nazzjonali, u li huma responsabbli biex iżommu l-kuntatt magħhom. Kull NSS jirċievi d-data personali tal-utenti tal-pajjiż rispettiv tiegħu.
    • Jekk l-NSS ikun jinsab barra mill-UE/EEA, it-trasferiment tad-data personali jsir abbażi tas-salvagwardji xierqa msemmija fil-ftehimiet dwar l-għotja ffirmati bejn l-Aġenzija u l-NSS. Int tista titlob biex tikseb kopja ta’ dawn is-salvagwardji billi tikkuntattja lill-kontrollur kif indikat taħt 1 hawn fuq.

Il-lista sħiħa u aġġornata ta’ dawk il-pajjiżi, kif ukoll tal-NSSs kollha, hija disponibbli fil-paġna ddedikata (https://ec.europa.eu/epale/mt/nss).

  • Riċerkaturi jekk ikunu speċifikament awtorizzati mill-Kontrollur tad-Data.

 

  1. Kemm indumu nżommu d-data personali tiegħek?
  • Id-data proċessata fil-kuntest tan-netwerks interni ta’ komunikazzjoni (data dwar it-traffiku u direttorji) tista’ tiġi divulgata lill-membri tat-tim tas-CSS/EACEA.EAC/EMPL u se tinżamm matul l-azzjoni kollha tal-EPALE.
  • Rigward id-dettalji ta’ kuntatt: Sena wara l-aħħar login tal-utent, id-data se tiġi ssettjata għal inattiva, jiġifieri ma tibqax viżibbli għall-pubbliku. Sentejn wara l-aħħar login tal-utent, id-data ssir anonima b’mod permanenti u tinżamm biss għal użu statistiku. Id-dettalji ta’ kuntatt isiru immedjatament anonimi fuq talba tar-reġistrant.
  • Il-messaġġi fil-forums se jinżammu matul l-azzjoni kollha tal-EPALE.
  • Il-messaġġi jew il-materjal edukattiv li jitpoġġew fiċ-ċentru tar-riżorsi se jinżammu matul l-azzjoni kollha tal-EPALE.
  • Il-messaġġi jew il-materjal edukattiv li jitpoġġew fil-grupp magħluq tal-NSS u gruppi oħra se jinżammu matul l-azzjoni kollha tal-EPALE.
  • Il-fajls u l-blog posts se jinżammu matul l-azzjoni kollha tal-EPALE.

 

  1. Kif tipproteġi d-data personali tiegħek?

Il-kontrolluri u l-kuntratturi tagħha jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għall-protezzjoni tad-data personali tiegħek permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali, bħall-ġestjoni u l-kriptaġġ tal-aċċess għad-data.

 

  1. Kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, bħad-dritt tal-aċċess u r-rettifika tad-data dwarek?

Int għandek id-dritt li:

  • Titlob aċċess għad-data personali li għandna dwarek;
  • Titlob rettifika tad-data personali tiegħek;
  • Titlob it-tħassir tad-data personali tiegħek;
  • Titlob ir-restrizzjoni tal-iproċessar tad-data personali tiegħek;
  • Toġġezzjoni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek;
  • Titlob biex id-data tiegħek tiġi ttrasferita lejn organizzazzjoni oħra f’format standard li jinqara minn magna u li normalment jintuża (portabbiltà tad-data);
  • Tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin.

Sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-kontrollur kif indikat taħt 1 hawn fuq billi tispeċifika t-talba tiegħek b’mod ċar.

 

  1. Id-dritt tiegħek għal rimedju f’każ ta’ kunflitt dwar kwistjoni relatata mad-data personali

F’każ ta’ kunflitt dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali, inti tista’ tikkuntattja lill-Kontrollur fuq l-indirizz u l-kaxex postali funzjonali msemmija hawn fuq.

Tista’ tikkuntattja wkoll lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EACEA fuq l-indirizz elettroniku li ġej: eacea-data-protection@ec.europa.eu.

Inti tista’ tressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin: Sit web http://www.edps.europa.eu.

 

  1. Fuq liema bażi ġuridika qegħdin nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-inizjattiva l-ġdida huma:

    • ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50–73) li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE,

    • id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (2013/776/UE): Artikolu 3(a).

Kuntratt ta’ servizzi ffirmat ma’ Ecorys/Intrasoft (ref: 2017-3527/001-001).

Speċifikazzjoni ta’ EPALE – il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa EACEA/2012/05

Sejħa ristretta għall-proposti IS-SERVIZZI TA’ APPOĠĠ NAZZJONALI TA’ EPALE EACEA N° 02/2016 u EACEA 02/2018.

Memorandum ta’ Qbil għas-servizz “FPFIS-CMS” iffirmat bejn EACEA u DIGIT (ref: DIGIT – 00488-00)

 

[1]Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data, ĠU L8 tat-12.1.2001, p. 1.

Biex tniżżel il-verżjoni .pdf tad-Dikjarazzjoni tal-Privatezza, ikklikkja hawnhekk.