chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Il-kisba ta' politiki effettivi għat-tagħlim tal-adulti - Fatturi ewlenin ta' suċċess

Reviżjoni sistematika ta' evidenza ta' riċerka identifikat "fatturi ewlenin ta' suċċess" fil-kisba ta' politika effettiva għat-tagħlim tal-adulti. Dawn huma gruppi ta' azzjonijiet politiċi li l-evidenza wriet li huma effettivi fit-titjib tar-rati ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, fit-titjib tal-livelli tal-ħiliet u l-kompetenzi u l-livell tal-kwalità globali.

Kull fattur ewlieni ta' suċċess identifikat huwa magħmul minn grupp ta' azzjonijiet politiċi individwali, "elementi importanti għas-suċċess”. Dawn huma azzjonijiet politiċi individwali li l-evidenza wriet li huma effettivi fil-kisba ta' politika għat-tagħlim tal-adulti.

Il-qafas jirrifletti t-tliet livelli li fihom ġew analizzati l-evidenza u d-data:

  • Il-fatturi globali ta' suċċess li ġew identifikati fl-evidenza li huma essenzjali biex jipprovdu tagħlim tal-adulti effettiv;
  • L-indikaturi differenti tal-livell tas-sistema u l-eżiti li jistgħu jkunu assoċjati mal-parteċipazzjoni fit-tagħlim, għal grupp benefiċjarji differenti, inklużi l-istudent, min iħaddem u l-komunità; u
  • L-"elementi importanti għas-suċċess" – l-azzjonijiet politiċi li jwasslu direttament għal żieda fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim jew l-impatt fuq l-eżiti li jirriżultaw minnha kif ukoll dawk li jikkontribwixxu għall-vjaġġ lejn il-kisba tagħhom.

Ikklikkja fuq kull element importanti sabiex tara deskrizzjoni sħiħa.

L-istandards tal-evidenza

Il-lista li ġejja tiddeskrivi l-istandards stabbiliti b'mod ġenerali għall-evidenza analizzata.
Kull element importanti għandu klassifikazzjoni bl-istilel skont l-istandards ta' evidenza li jirfduh.

  • 5 stilel - Studji li waslu għal konklużjonijiet minn meta-analiżijiet ta' valutazzjonijiet b'saħħithom
  • 4 stilel - Studji ta' valutazzjoni b'evidenza kwantitattiva kontrofattwali ta' impatt sinifikanti
  • 3 stilel - Studji li jkejlu l-bidla qabel u wara l-azzjoni politika, li jikkontrollaw għal fatturi oħrajn u li għandhom kampjuni kbar għal analiżi statistika b'saħħitha
  • 2 stilel - Studji ta' riċerka bbażati fuq studji ta' każijiet dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjonijiet kwalitattivi sodi
  • 1 stilla - Studji fuq skala żgħira li jiddependu fuq data kwalitattiva li ma nġabritx b'mod sistematiku

1: Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim

2: Ħiliet u kompetenzi

3: Eżiti tat-tagħlim

Għall-individwi

Dħul akbar

Titjib fil-benessri

Aktar impjegabbiltà

Għal min iħaddem

Forza tax-xogħol motivata

Produttività

Innovazzjoni

Għall-komunità

Tkabbir ekonomiku

Parteċipazzjoni ċivika u soċjali

Aktar ugwaljanza