chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Jista’ t-tagħlim għall-adulti joħloq ċittadini attivi?

Ingħaqad mal-Komunità tal-EPALE ta' aktar minn 53,000 professjonist fit-tagħlim għall-adulti biex tikklassifika, tikkummenta u tikkontribwixxi!

 

Għeżież kollegi tal-EPALE,

 

F’Mejju komplejna nesploraw kif it-tagħlim għall-adulti jista’ jgħin fil-ħolqien ta’ ċittadini attivi. Il-komunità ppubblikat numru ta’ artikli u riżorsi interessanti dwar ir-rwol u l-importanza tal-edukazzjoni ċivika biex ikollna soċjetajiet aħjar.

Kun żgur li [taqra dan is-sommarju] li fih punti importanti minn dak kollu li ġie ppubblikat dwar is-suġġett tal-edukazzjoni ċivika bejn Marzu u Mejju.

 

Bejn l-20 u l-24 ta’ Mejju, l-EPALE organizzat avveniment online għall-ġbir ta’ eżempji ta’ prattika tajba mill-edukazzjoni ċivika. Aħna nirringrazzjaw lil kulħadd talli qasam il-kontribut prezzjuż tiegħu mal-komunità tal-EPALE!

Aqra dan is-sommarju tas-suġġetti, l-għodod, il-programmi, il-proġetti u l-qari ulterjuri kondiviżi matul l-avveniment.

 

Posts tal-blogg

Il-podcast tal-EPALE għal Mejju 2019: Jista’ t-tagħlim għall-adulti joħloq ċittadini attivi? (EN)

Jista’ t-tagħlim għall-adulti jibdel lil nies inattivi f’ċittadini attivi? Il-Koordinaturi Tematiċi Andrew McCoshanDavid MallowsMarkus Palmén u Simon Broek, iltaqgħu flimkien biex jiddiskutu.

Intejbu l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet parlamentari tal-Ewropa: għodod għall-edukaturi tal-adulti (EN, DE)

Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE Andrew McCoshan wera kif il-ħidma mill-Kunsill tal-Ewropa tista’ tintuża biex jiġu żviluppati l-kompetenzi li neħtieġu għal parteċipazzjoni politika effettiva.

Vidjows dwar qtates, teoriji dwar konspirazzjonijiet u l-għerf tal-ftit (EN, CS)

Kwalunkwe prattikant li jgħallem l-edukazzjoni ċivika jrid ikun kapaċi jagħti valur lill-għerf tal-ħafna u lill-għerf tal-ftit, isostni Simon Broek.

L-edukazzjoni għall-adulti: mit-tagħlim għall-parteċipazzjoni, għall-parteċipazzjoni permezz tat-tagħlim (EN, DE)

L-Assistenta tal-Politika tal-EAEA Silvia Tursi rriflettiet dwar ir-rwol tat-tagħlim bħala mod kif wieħed jista’ jipparteċipa fis-soċjetà.

Naqsmu l-fruntieri - il-promozzjoni tal-unjoni permezz tal-isports u l-edukazzjoni għall-adulti (EN, EL, CS)

Aleksa Jovanović u Maja Maksimović qasmu mal-EPALE kif l-isports u l-edukazzjoni għall-adulti jistgħu jintużaw fil-ġlieda kontra l-ksenofobija.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

 

Mejju kien xahar mimli attività fis-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa:

 

Ingħaqad issa!

Tinsiex tirreġistra mal-EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn il-posts. Ingħaqad issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 53,000 professjonist fit-tagħlim għall-adulti.