chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

It-tagħlim għall-adulti fl-iżvilupp tal-karrieri

Ingħaqad mal-komunità tal-EPALE ta’ aktar minn 45,000 professjonist fit-tagħlim għall-adulti sabiex tivvota, tikkumenta u tikkontribwixxi!

 

Għeżież kollegi tal-EPALE,

 

Il-fokus tematiku tagħna għal Novembru kien fuq ir-rwol tal-edukazzjoni tal-adulti fl-iżvilupp tal-karrieri. Matul dan iż-żmien, it-timijiet nazzjonali u l-komunità tal-EPALE ippubblikaw għadd ta’ studji tal-każ, artikli, rapporti u riżorsi oħrajn ta’ ispirazzjoni.

Ara sommarju tal-fokus tagħna ta’ Novembru, imħejji mill-Koordinatur Tematiku Markus Palmen (EN)

 Fit-22 ta’ Novembru, l-EPALE stiednet lill-komunità taqsam l-opinjonijiet tagħha dwar ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karrieri. Id-diskussjoni mqanqla kienet moderata mill-Koordinatur Tematiku tal-EPALE David Mallows. Irċevejna aktar minn 130 kumment mingħand il-membri tal-EPALE minn madwar l-Ewropa kollha!

Jekk ma lħaqtx id-diskjussjoni, tinkwetax – tista’ tara r-riflessjonijiet ta’ David Mallows dwarha (EN).

 

Blog posts

Il-podcast tal-EPALE ta’ Novembru 2018: Ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karrieri (EN)

Il-Koordinaturi Tematiċi tal-EPALE David MallowsGina Ebner, u Simon Broek, iltaqgħu flimkien sabiex jiddiskutu kif jaraw ir-relazzjoni bejn it-tagħlim tal-adulti u l-iżvilupp tal-karrieri, u x’jeħtieġ li jseħħ biex tinħoloq kultura ta’ tagħlim fis-soċjetà u fil-kumpanniji.

Pizez, taksis u tagħlim tal-adulti: l-iżvilupp tal-karrieri fid-dinja online tagħna (EN, HR, CS, FR)

Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE Andrew McCoshan eżamina għalfejn it-tagħlim tal-adulti għandu jitgħallem mill-kumpanniji tat-taksis u tal-kunsinna tal-pizez online li qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mod kif naħdmu.

Riflessjonijiet dwar it-tagħlim tal-adulti u l-iżvilupp tal-karrieri (EN, SK, ET, BG, LT, FR, FI, SV)

Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE Simon Broek qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar ir-rwol tat-tagħlim tal-adulti fl-iżvilupp tal-karrieri u analizza għadd ta’ eżempji ta’ prattika tajba.

Jien ngħid tagħlim tal-adulti, inti tgħid ETVK, inwaqqfu kollox? (EN)

Gina Ebner irriflettiet dwar il-punti ta’ tagħlim tagħha mill-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali tal-2018 u r-relazzjoni bejn it-tagħlim tal-adulti u l-ETVK.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

 

Seħħew ħafna affarijiet f’Novembru fis-settur tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa:

  • Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza Latvjan ħabbar sejħa għal  applikazzjoni għall-premju annwali għall-edukazzjoni mhux formali tal-adulti (LV).
  • Sadanittant fil-Fjandri, il-Belġju, 30 organizzazzjoni  għamlu impenn li jimplimentaw il-Pjan Strateġiku dwar il-Litteriżmu u jtejbu l-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali tal-Fjammini.
  • Il-Federazzjoni tas-Sassonja ta’ Isfel għall-Edukazzjoni tal-Adulti ippubblikat dokument ta’ pożizzjoni li l-għan tiegħu huwa li l-proċessi tal-bidliet diġitali fl-edukazzjoni tal-adulti u dik kontinwa jiġu kkunsidrati u msawra b’mod ħolistiku.

 

Ingħaqad magħna issa!

Tinsiex tirreġistra fl-EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn il-posts. Ingħaqad issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 45,000 professjonist tat-tagħlim tal-adulti.