chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza

Issieħeb mal-komunità EPALE ta’ ‘l fuq minn  51,000 professjonista tat-tagħlim għall-adulti biex tikklassifika, tikkummenta u tikkontribwixxi!

 

Għeżież kollegi tal-EPALE,

 

Minn Marzu sa Mejju, il-fokus tematiku tagħna huwa fuq l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u qed nesploraw l-importanza tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza sabiex tinbena soċjetà responsabbli u sabiex l-adulti jitgħallmu jkunu aktar konxji tax-xejriet fis-soċjetà.

Tinsiex iżżur l-EPALE regolarment għal kontenut ġdid fuq l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza minn Marzu sa Mejju

Bejn il-25 u t-28 ta’ Frar, EPALE organizza avveniment online sabiex jinġabru eżempji ta’ prattiki tajba mit-tagħlim diġitali għall-adulti. Kellna diversi kontribuzzjonijiet minn firxa wiesgħa ta’ professjonisti għat-tagħlim tal-adulti minn aktar minn 20 pajjiż Ewropew. Nirringrazzjaw lil kulħadd talli qsamtu il-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tagħkom mal-komunità EPALE!

Iċċekkja dan l-artikolu li fih sommarju tas-suġġetti, għodod, programmi, proġetti u iktar qari li qsamna flimkien matul l-avveniment. 

 

Posts fuq Blog

Attivist fl-edukazzjoni jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni ma’ NGO mmexxija minn familja (EN)

Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE, Markus Palmén, intervista lil Andrea Kutlikova, gradwata fl-edukazzjoni għall-adulti, dwar l-NGO tal-edukazzjoni ċivika Kalab li hija waqqfet flimkien mal-familja tagħha.

Insiru ċittadini attivi: Kif nistgħu nagħmlu l-mudelli tal-edukazzjoni għall-adulti tagħna iżjed inklussivi? (CS, DE, FR, HR, HU, PL)

Prof Pirkko Pitkänen u Dr Amalia Sabiescu qasmu l-ħsibijiet tagħhom fuq il-proġett EduMAP u kif l-edukazzjoni għall-adulti taf tgħin sabiex tintegra adulti vulnerabbli.

Il-Promozzjoni tat-tolleranza u l-fehim - ir-irwol uniku tal-edukazzjoni għall-adulti (BG, CS, DE, ES, FR, HR, HU, LV, PL)

Il-Koordinatur Tematiku tal-EPALE, Andrew McCoshan, ħares lejn ir-rwol li l-edukazzjoni għall-adulti jista' jkollha fil-promozzjoni tal-valuri tal-libertà, tal-pluraliżmu u ta’ n-nondiskriminazzjoni.

 

Aħbarijiet minn madwar l-Ewropa

 

Marzu kien xahar impenjattiv fis-settur tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa:

 

Issieħeb issa!

Tinsiex tirreġistra f'EPALE biex tkun tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dawn il-posts. Issieħeb issa u sir parti mill-komunità ta’ aktar minn 51,000 professjonista fit-tagħlim għall-adulti.