chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

F.A.Q.

Ġenerali

Min hemm wara EPALE?

EPALE hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea (link is external), li hi impenjata biex tagħmilha karatteristika permanenti tax-xenarju Ewropew tat-tagħlim tal-adulti.

Immonitorjata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (link is external) (EACEA), EPALE hija ġestita fuq bażi ta’ kuljum minn Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) Tista’ tikkuntattja lill-Helpdesk ta’ CSS bil-posta elettronika fuq: helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail) jew bit-telefon fuq +44 (0) 121 212 8934.

Mill-Ħarifa 2014, is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSS) qed jaħdmu wkoll flimkien mas-CSS, biex jgħinu jimlew EPALE b’kontenut interessanti u uniku u janimaw il-komunità.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar is-Servizzi ta’ Appoġġ Ċentrali u Nazzjonali billi ssegwi l-links li ġejjin:

Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali

Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali

X’inhu s-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u x’jagħmel?

Is-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) huwa konsorzju ta’ żewġ organizzazzjonijiet, Ecorys UK u Intrasoft Ltd, li jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw u jimmaniġġjaw EPALE. Is-CSS jaħdem flimkien mas-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali ta’ EPALE, l-esperti tat-tagħlim tal-adulti u l-partijiet interessati fit-tagħlim tal-adulti biex jipprovdu kontenut attwali u rilevanti għall-pjattaforma. Is-CSS jimmaniġġja wkoll il-Helpdesk ta’ EPALE, jibgħat bullettin kull xahar, jimmaniġġja komunikazzjoni tal-midja soċjali, itella’ kontenut, jibda u jimmaniġġja diskussjonijiet u jtella’ avvenimenti tematiċi.

Kif nista’ nikkuntattja lis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali?

Jekk trid tagħmel kuntatt, jekk jogħġbok ibgħat ittra elettronika lill-Helpdesk ta’ EPALE fuq helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail) jew ċempel fuq +44 (0) 121 212 8934.

Min huma s-Servizzi ta’ Appoġġ Ċentrali u x’jagħmlu?

Is-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali (NSSs) inħatru mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-programm Erasmus+ biex jgħinu joħolqu kontenut għal EPALE u biex janimaw il-pjattaforma. Huma jaħdmu mill-qrib mas-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali (CSS) biex jippubblikaw kontenut tas-sit ta’ kwalità għolja u jħeġġu l-kontribut tal-utenti. L-NSSs jiffukaw ukoll fuq li jwasslu EPALE lill-komunità tal-edukazzjoni għall-adulti f’pajjiżhom u fuq li jimmotivaw lill-komunitajiet tagħhom biex jieħdu sehem f’EPALE.

L-NSS għal EPALE jirċievu kofinazjament mill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Għal aktar informazzjoni ara l-paġna tas-Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali.

Kif nista’ nikkuntattja lis-Servizz ta’ Appoġġ Nazzjonali? (NSS)?

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-NSSs kollha huma disponibbli fuq il-paġna Servizzi ta’ Appoġġ Nazzjonali.

Huwa rrakkomandat li għal kwalunkwe mistoqsija speċifika għall-pajjiż li jista’ jkollok, tikkuntattja lin-NSS direttament jew, jekk m’hemmx NSS fil-pajjiż li tixtieq informazzjoni dwaru, lis-CSS.

Kif inhi ffinanzjata EPALE?

EPALE hija ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-istrateġija globali tagħha li tippromwovi t-tagħlim tal-adulti.

L-NSSs huma wkoll kofinanzjati mill-gvernijiet tal-Istati Membri. EPALE hi appoġġjata taħt l-Artikolu 14.1.b tad-deċiżjoni legali (link is external) li tadotta l-programm Erasmus+. Hi taqdi wkoll rwol importanti fil-ksib tal-għanijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għall-2011 għal Aġenda Ewropea Mġedda għat-Tagħlim tal-Adulti (link is external) u l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (link is external).

Għal aktar informazzjoni dwar Erasmus +, jekk jogħġbok ara taqsima X’għandha x’taqsam EPALE ma’ Erasmus+?

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm Grundvig, jekk jogħġbok ara taqsima ’għandha x’taqsam EPALE mal-programm Grundtvig?

Nista’ nippromwovi EPALE mal-kollegi tiegħi/partijiet interessati oħra?

Iva. EPALE hija pjattaforma bi sħubija miftuħa, li tippermettilek taqbad ma’ professjonisti oħra fit-tagħlim tal-adulti, prattikanti u voluntiera madwar l-Ewropa kollha.

EPALE hija komunità online mibnija madwar firxa ta’ riżorsi edukattivi, aħbarijiet, blog posts, avvenimenti, paġni tematiċi u għodod ta’ netwerking utli, b’kontenut ta’ kwalità għolja identifikat minn esperti fil-qasam u tradotta bil-lingwi ewlenin.

X’nagħmel jekk l-informazzjoni li qed infittex ma tidhirx fuq is-sit web ta’ EPALE?

Jekk l-informazzjoni li qed tfittex għandha x’taqsam mat-tagħlim tal-adulti, iżda ma tidhirx fuq is-sit web ta’ EPALE, allura jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk fuq helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail). Il-persunal tal-Helpdesk tagħna huwa appoġġjat minn grupp ta’ esperti tematiċi dwar it-tagħlim tal-adulti, li jistgħu jipprovdu assistenza f’sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, it-Taljan u l-Pollakk).

Kont taf li tista’ tippubblika wkoll il-kontenut tiegħek f’EPALE? Tista ttella’ 4 tipi differenti ta’ kontenut: blog post, artiklu tal-aħbarijiet, avveniment jew riżorsa. Hemm formola online għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ kontenut. Dawn il-formoli jinsabu f’kull waħda mit-taqsimiet rilevanti li tista’ taċċessahom mill-paġna ewlenija hawn.

Jekk jogħġbok imla l-formola online u ssejvjaha. Se tirċievi messaġġ online u konferma bil-posta elettronika. Il-kontenut tiegħek se jiġi ssejvjat bħala abbozz u wara, is-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifikah għall-kwalità tiegħu. Se tiġi nnotifikat meta l-oġġett tiegħek ikun ippubblikat. Tista’ taċċessa l-kontenut ippubblikat kollu tiegħek mill-paġna tal-profil tiegħek li tista’ taċċessaha billi tikklikkja fuq ismek li jinsab fiż-żigarella tan-nofs. Ftakar li trid tkun membru rreġistrat u trid tkun illoggjat fil-pjattaforma. Aħna ninsabu ħerqanin biex nippubblikaw il-kontenut tiegħek!

Kif nista’ ninvolvi ruħi f’EPALE?

EPALE għandha l-għan li tibni komunità magħquda ta’ tagħlim tal-adulti fil-livell nazzjonali u Ewropew. Meta int tingħaqad ma’ EPALE, tkun tista’ tikkomunika ma’ atturi ta’ tagħlim tal-adulti bħal ħarrieġa, dawk li jfasslu l-politika u voluntiera.

Bħala membru rreġistrat ta’ EPALE, int tista’ tiddiskuti l-ideat u taqsam l-informazzjoni ma’ nies oħra f’pajjiżek jew fl-Erwopa, li jaħdmu mas-settur tiegħek. Il-pjattaforma hi perfetta biex issib sħab jew taqsam l-esperjenzi u l-ideat relatati mal-proġett tiegħek ta’ tagħlim tal-adulti. Int tista’ wkoll ittella’ u taqsam avvenimenti, riżorsi, blog posts u artikli (inkluż dokumenti ta’ politika u materjal rilevanti fornut minn proġetti) ma’ oħrajn madwar l-Ewropa. Sabiex tiżgura li l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit hi ta’ kwalità għolja, qabel il-pubblikazzjoni, isiru verifiki fuq il-kontenut sottomess mill-utenti. L-utenti kollha jiġu nnotifikati meta/jekk il-kontenut tagħhom jiġi ppubblikat.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra, jekk jogħġbok ara taqsima Kif nirreġistra biex inkun membru ta’ EPALE?

Tista’ tikkuntattja l-Helpdesk ta’ EPALE bit-telefon fuq + 44 (0)121 212 8934 jew bil-posta elettronika fuq helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail) bi kwalunkwe mistoqsija.

Kif nista’ nżomm ruħi aġġornat/a?

Sabiex iżżomm ruħek aġġornat/a trid tirreġistra fil-pjattaforma. Meta tirreġistra, awtomatikament, issir abbonat/a fil-bullettin tagħna li jintbagħat kull xahar.

Tista’ tabbona wkoll għaż-Żoni Tematiċi ta’ EPALE billi tikklikkja fuq il-buttuna “Involvi ruħek” fis-sottotema li interessat/a fiha.

EPALE hija attiva ħafna fuq il-midja soċjali. Tista’ ssib EPALE fuq Twitter, Facebook u LinkedIn:

Twitter: EPALE_EU (link is external)

Facebook: EPALE.EU (link is external)

LinkedIn: Pjattaforma elettronika għat-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa (link is external)

EPALE kif inhi differenti minn siti ta’ informazzjoni oħrajn għat-tagħlim tal-adulti?

EPALE huwa post virtwali fejn jistgħu jiltaqgħu l-prattikanti tat-tagħlim tal-adulti u l-organizzazzjonijiet fil-livell Ewropew. Is-sit għandu numru ta’ karatteristiċi uniċi:

  • Sħubija miftuħa
  • Kontenut multilingwi li jinkludi l-aħjar prattiki, aħbarijiet, żviluppi tal-politika, blog posts, avvenimenti u riżorsi
  • Kalendarju ta’ tfittxija pan-Ewropew ta’ korsijiet u avvenimenti ta’ interess għall-professjonisti tat-tagħlim tal-adulti
  • Kontenut immexxi mill-utenti
  • L-għażla għall-utenti li jidentifikaw, jikklassifikaw u jaqsmu materjal, għodod u riżorsi interessanti u rilevanti
  • Għodda ta’ Tfittxija tas-Sħab, li tippermettilek issib utenti oħra ta’ EPALE li huma interessati f’kollaborazzjoni pan-Ewropea
  • Komunitajiet ta’ Prattika
  • Profili tal-utenti pan-Ewropej biex isiru rabtiet u biex jiġu identifikati l-partijiet interessati u l-membri tal-komunità jew il-kontropartijiet f’pajjiżi oħra.
  • Spazji Kollaborattivi

EPALE kif inhi differenti minn eTwinning?

eTwinning jiffaċilita xogħol kollaborattiv bejn l-iskejjel, l-għalliema u t-tfal, u jorganizza avvenimenti għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema. EPALE għandha l-għan li tibni komunità online għas-settur tat-tagħlim tal-adulti u l-professjonisti tat-tagħlim tal-adulti

Huwa wkoll importanti li tinnota li, għall-kuntrarju ta’ eTwinning, EPALE ma toffrix il-possibbiltà li l-klassijiet ikollhom twinning, peress li l-klassijiet tal-adulti mhumiex l-istess bħall-klassijiet fl-edukazzjoni primarja u sekondarja. Madankollu, il-professjonisti tat-tagħlim tal-adulti jistgħu jiddibattu temi kurrenti u jaqsmu l-aħjar prattiki fil-Komunitajiet ta’ Prattika ta’ EPALE.

X’għandha x’taqsam EPALE mal-programm Grundtvig?

Il-programm Grundtvig kien parti mill-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja tal-UE mill-2007 sal-2013. Huwa appoġġjat minn individwi u organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni għall-adulti mhux vokazzjonali biex jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ taħriġ u proġetti Ewropej.

EPALE oriġinat mill-bżonn li ħassew il-partijiet interessati ta’ Grundtvig li jkollhom spazju biex jiskambjaw l-ideat u l-prattiki sabiex jiżviluppaw il-prattika professjonali tagħhom. L-avvenimenti u n-netwerks ta’ Grundtvig offrew spazju biex tiġi diskussa l-idea ta’ EPALE u jinbeda l-iżvilupp tagħha.

Inħeġġu n-netwerks u l-proġetti appoġġjati mill-programm Grundtvig biex jirreġistaw bħala utenti ta’ EPALE. Madankollu, EPALE tittama wkoll li tilħaq professjonisti oħrajn fit-tagħlim tal-adulti li mhumiex diġà involuti fi proġetti Ewropej.

Il-pjattaforma ta’ EPALE sejra toffri funzjonijiet interattivi, li jippermettu lill-utenti jaqbdu ma’ oħrajn madwar l-Ewropa kollha, jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet u jiskambjaw prattika tajba. Is-sit jippubblika/jirreferi wkoll għal riżorsi maħluqa taħt Grundtvig (link is external) fil-librerija tar-riżorsi. Inħeġġu lill-proġetti jippubblikaw l-avvenimenti tagħhom u jaqsmu kwalunkwe prattika tajba jew riżorsa li huma ħolqu fuq il-pjattaforma.

EPALE toffri wkoll komunitajiet ta’ prattika li jipprovdu lill-utenti u lill-partijiet interessati b’żona ddedikata fuq EPALE sabiex isiru diskussjonijiet fuq temi rilevanti u jaqsmu kontenut rilevanti. EPALE għandha Tfittxija tas-Sħab fejn l-utenti jistgħu jfittxu sħab potenzjali. EPALE toffri wkoll Spazji Kollaborattivi. Dawn huma żoni fuq EPALE għall-utenti biex jiddiskutu ideat ta’ proġetti potenzjali, jiżviluppaw applikazzjonijiet u jaqsmu dokumenti.

X’għandha x’taqsam EPALE ma’ Erasmus+?

Erasmus+ (link is external) huwa l-programm tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet. Dan jissostitwixxi l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (link is external) (LLP, Lifelong Learning Programme) u l-programm Grundtvig (link is external) (Edukazzjoni għall-Adulti).

Erasmus+ huwa miftuħ għal studenti, għalliema, apprendistati, voluntiera, mexxejja żgħażagħ u nies li jaħdmu fl-isport tad-dilettanti. Dan jipprovdi wkoll fondi għal sħubiji bejn istituzzjonijiet edukattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, intrapriżi, awtoritajiet lokali u reġjonali u NGOs, kif ukoll appoġġ għal riformi fl-Istati Membri għall-immodernizzar tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tal-intraprenditorija u tal-impjegabbiltà.

Il-programm Erasmus+ jiffinanzja EPALE permezz tal-Attività Ewlenija 2; huwa appoġġjat taħt l-Artikolu 14.1.b tad-deċiżjoni legali (link is external) li tadotta l-programm Erasmus+ u jiffoka fuq it-tagħlim tal-adulti u l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu (C-VET).

X’inhi EPALE?

EPALE hi komunità ta’ sħubija miftuħa multilingwi għal għalliema, ħarrieġa, riċerkaturi, akkademiċi, dawk li jfasslu l-politiki u kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa.

EPALE hi ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-aħħar żvilupp f’impenn kontinwu għal titjib fil-kwalità tad-dispożizzjoni dwar it-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa. Tista’ taqra dwar il-politika tal-UE dwar it-tagħlim tal-adulti hawn (link is external).

Il-komunità hija l-qalba ta’ EPALE. Din hi mwaqqfa madwar it-tqassim ta’ kontenut relatat mat-tagħlim tal-adulti, inkluż aħbarijiet, blog posts, riżorsi, u avvenimenti u korsijiet.

Il-membri tal-komunità jistgħu jinvolvu ruħhom ma’ kollegi tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa permezz tal-funzjonijiet tas-sit li jinkludu diskussjoni u dibattitu online, komunitajiet ta’ prattika, kontenut ta’ klassifikazzjoni u kummenti fil-blog posts. Tista’ wkoll tinteraġixxi mal-pari tiegħek madwar l-Ewropa permezz taż-Żoni Tematiċi li jipprovdu kontenut strutturat skont is-suġġett u billi titlob spazju kollaborattiv, jiġifieri spazju privat f’EPALE li jippermettilek tagħmel diskussjonijiet, ittella’ dokumenti, taqsam l-aħbarjiet u timmarka avvenimenti rilevanti fil-kalendarju tal-grupp speċifiku. Tista’ wkoll issib proġetti ġodda u tagħmel konnessjonijiet professjonali billi tuża Tfittxija tas-Sħab.

Gruppi fil-Mira/Partijiet interessati

Jiena student adult – x’toffrili EPALE?

EPALE timmira lejn dawk li jwasslu u li jorganizzaw edukazzjoni għall-adulti aktar milli lejn l-istudenti nnifsihom.

Xorta tista’ żżur il-pjattaforma biex issib informazzjoni dwar it-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa. Jekk tixtieq tinvolvi ruħek f’attivitajiet ta’ tagħlim, hawn se ssib xi ftit ideat li forsi tixtieq tikkunsidra:

Jiena professjonist/a tat-tagħlim tal-adulti – x’toffrili EPALE?

EPALE ġiet stabbilita bik u bi professjonisti tat-tagħlim oħrajn inkonsiderazzjoni, biex tgħinkom titgħallmu minn xulxin u biex tiżviluppaw il-prattika professjonali tagħkom. Is-sit huwa mmirat lejn l-għalliema, il-ħarrieġa, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u l-professjonisti li jaħdmu fi ħdan is-settur tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa kollha.

EPALE għandha bosta għodod tassew utli inkluż kalendarju tal-avvenimenti, l-aħħar aħbarijiet dwar tagħlim tal-adulti, blogs, librerija ta’ riżorsi, forums ta’ diskussjoni dwar varjetà ta’ temi u faċilità ta’ tfittxija tas-sħab.

EPALAE għandha wkoll diversi komunitajiet ta’ prattika li jipprovdu lill-utenti b’żona ddedikata fuq EPALE biex itellgħu dokumenti, jibdew diskussjonijiet, jaqsmu l-aħbarijiet u l-avvenimenti madwar żona partikolari ta’ tagħlim tal-adulti. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, għala ma tistabbilixxix waħda ġdida billi tissottometti talba online.

Sabiex tkun tista’ tiskambja materjal ta’ tagħlim u prattika tajba, kif ukoll ideat u riżorsi, ma’ oħrajn madwar l-Ewropa kollha, tkun trid tirreġistra ma’ EPALE.

Jiena nirrappreżenta proġett ta’ tagħlim tal-adulti – x’toffrili EPALE?

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE fih ’il fuq minn 3000 riżorsa inkluż prattiki tajbin, materjal pedagoġiku u riżultati ta’ riċerka, li tista’ ssib ta’ interess għall-proġett tiegħek. Tista’ wkoll ittella’ kwalunkwe avveniment relatat mal-proġett tiegħek fil-Kalendjarju ta’ EPALE jew taqsam aħbarijiet importanti fil-Kamra tal-Aħbarijiet.

EPALE għandha wkoll diversi funzjonijiet tal-komunità li jinkludu:

  • Kampanji tematiċi – b’diskussjonijiet dwar kwistjonijiet kurrenti dwar l-edukazzjoni għall-adulti
  • Komunitajiet ta’ Prattika, biex taqsam informazzjoni dwar suġġetti ta’ tagħlim tal-adulti. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, għala ma tistabbilixxix waħda ġdida billi tissottometti talba online;
  • Faċilità ta’ Tfittxija tas-Sħab fejn tista’ tfittex sħab potenzjali jew toħloq it-talba tiegħek stess;
  • Spazju Kollaborattiv biex tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek.

Jekk il-proġett tiegħek huwa ffinanzjat permezz tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja jew il-programm Erasmus+, ir-riżultati tal-proġett tiegħek għandhom jittellgħu fuq il-Pjattaforma ta’ Tixrid ta’ Erasmus+ (link is external). Jekk jogħġbok innota li l-mistoqsijiet relatati mal-Pjattaforma ta’ Tixrid ta’ Erasmus+ innifisha għandhom jiġu indirizzati lill-Aġenzija Nazzjonali (link is external) tiegħek. Jekk trid li EPALE tagħmel link mar-riżultati tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tagħna permezz ta’ ittra elettronika fuq: helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail)

Il-proġetti l-oħrajn kollha jistgħu jissottomettu riżorsi għal pubblikazzjoni diretta fiċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE, b’link għas-sit web tagħhom. Jekk jogħġbok innota li r-riżorsi proposti se jiġu vverifikati għall-kwalità sabiex jiġi żgurat li huma xierqa biex issir referenza għalihom f’EPALE.

Jiena parti minn network/organizzazzjoni ta’ tagħlim tal-adulti – x’toffrili EPALE?

EPALE toffri bosta għodod tassew utli li jistgħu jgħinuk fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum u li permezz tagħhom, aktar nies madwar l-Ewropa jsiru jafu bin-netwerk/bl-organizzazzjoni tiegħek.

Permezz ta’ EPALE tista’ tirreklama l-konferenzi, il-korsijiet u s-seminars tiegħek fil-kalendarju online. L-avvenimenti inklużi fil-kalendarju sejrin jixxerrdu wkoll permezz tal-kontijiet tal-midja soċjali ta’ EPALE (għal aktar informazzjoni ara taqsima 1.10 Kif nista’ nżomm ruħi aġġornat/a?).

Hemm ukoll diversi funzjonijiet tal-komunità li jistgħu jinteressawk:

  • Kampanji tematiċi- li jippermettu l-utenti minn madwar l-Ewropa biex jingħaqdu u jiddibattu u jaqsmu informazzjoni dwar suġġetti importanti dwar tagħlim tal-adulti. Permezz tal-parteċipazzjoni f’dawn id-diskussjonijiet, aktar nies madwar l-Ewropa se jsiru jafu bl-organizzazzjoni tiegħek;
  • Komunitajiet ta’ Prattika ta’ EPALE, fejn l-utenti jistgħu jingħaqdu biex jiddiskutu u jaqsmu ideat madwar żona speċifika tat-tagħlim tal-adulti. Għal darb’oħra, il-parteċipazzjoni f’dawn il-komunitajiet online tagħti lok biex utenti oħra jsiru jafu bl-organizzazzjoni tiegħek. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, għala ma tistabbilixxix waħda ġdida billi tissottometti talba online.

Barra minn hekk, EPALE toffri wkoll faċilità ta’ tfittxija tas-sħab fejn tista’ tfittex sħab potenzjali jew toħloq it-talba tiegħek stess. Bħala parti mit-Tfittxija tas-Sħab ta’ EPALE, tista’ titlob ukoll Spazju Kollaborattiv. Dan jipprovdi żona għalik fuq EPALE fejn tista’ tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek.

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ EPALE għandu ’l fuq minn 3000 riżorsa inkluż prattiki tajbin, materjal pedagoġiku u riżultati tar-riċerka, li jistgħu jinteressawk. Tista’ wkoll taqsam aħbarijiet importanti fil-Kamra tal-Aħbarijiet

Jiena akkademiku – x’toffrili EPALE?

EPALE tipprovdi repożitarju ta’ ’l fuq minn 3,000 riżorsa ta’ tagħlim tal-adulti inkluż informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka, statistika u riżultati tal-istħarriġ, kif ukoll rapporti speċifiċi għas-settur u sejbiet li jistgħu jinteressawk u jgħinuk f’xogħlok.

Il-Kalendarju ta’ EPALE jinkludi wkoll informazzjoni dwar korsijiet u avvenimenti, inkluż konferenzi ta’ livell għoli li jista’ jkun jinteressawk biex tattendihom.

Barra minn hekk, EPALE toffrilek ukoll l-opportunità biex issir taf nies differenti, taqsam l-ideat u tiddiskuti suġġetti importanti ma’ utenti oħra minn madwar l-Ewropa. Agħmel ċert li tirreġistra sabiex tkun tista’ tikkummenta u tikklassifika blog posts dwar xi suġġett. Tista’ wkoll tissottometti l-blog posts, l-avvenimenti, is-suġġetti ta’ aħbarijiet jew ir-riżorsa tiegħek stess (eż. rapporti, dokumenti ta’ riċerka eċċ.). EPALE għandha ’l fuq minn 11,000 utent irreġistrat u bħala medja, 41,000 viżitatur kull xahar, għalhekk billi tikteb fuq EPALE u billi ttella’ kontenut, faċilment tilħaq udjenza Ewropea wiesgħa.

Jiena nirrappreżenta organizzazzjoni tat-tagħlim tal-adulti li qiegħda tfittex finanzjament – x’toffrili EPALE?

Għalkemm l-EPALE ma tipprovdix finanzjament, il-pjattaforma tipprovdi taqsima tal-kamra tal-aħbarijiet li fiha jiġu ppubblikati opportunitajiet ta’ finanzjament relatati mat-tagħlim tal-adulti. Tista’ ssir taf aktar dwar dawn billi żżur is-sit web tal-Erasmus+, il-programm tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-2014-2020, li għandu l-għan li jżid il-kwalità u r-rilevanza tal-kwalifiki u l-ħiliet.

EPALE ddedikat taqsima tematika dwar politiki u proġetti Ewropej u finanzjament Ewropew fejn tista’ ssib l-aħħar informazzjoni.

Barra minn hekk, is-sit joffri wkoll faċilità ta’ tfittxija tas-sħab biex tgħinek issib sħab biex issir tafhom, u magħhom, tikkollabora, tiskambja prattika tajba u tiżviluppa proġetti konġunti. Irreġistra fis-sit u awtomatikament se tiġi abbonat/a għall-bullettin tagħna biex iżżomm ruħek aġġornat/a.

Jiena ġurnalist/a – x’toffrili EPALE?

EPALE hu l-post fejn għandek tmur biex issib l-aħħar aħbarijiet dwar tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa. Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ EPALE għandha l-aħħar aħbarijiet dwar tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, is-sit joffri wkoll bosta għodod tassew utli bħal kalendarju tal-avvenimenti u librerija ta’ riżorsi li tinkludi l-aħħar riżultati ta’ riċerka u sħarriġiet fit-tagħlim tal-adulti.

Jekk tixtieq tirċievi informazzjoni regolari, aġġornata dwar it-tagħlim tal-adulti, irreġistra fuq is-sit u tirċievi bullettin ta’ kull xahar. Jekk qed tfittex informazzjoni speċifika oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tagħna permezz tal-posta elettronika fuq: helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Jiena persuna li nfassal il-politika involuta fit-tagħlim tal-adulti – x’toffrili EPALE?

Minn Mejju 2016, l-EPALE bdiet toffri għodda ta’ politika li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea. L-għan ta’ din l-għodda hu li tinġabar data eżistenti dwar it-tagħlim tal-adulti u dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi (CVET, continuing vocational education and training) u tipprovdi punt ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-iżviluppi tal-politika fil-politika dwar it-tagħlim tal-adulti. L-għanijiet ta’ dan is-sett ta’ miżuri huma kif ġej:

  • Biex jintwera l-progess tal-Istati Membri individwali fl-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi dwar it-tagħlim tal-adulti;
  • Biex tingħata għodda għal dawk li jfasslu l-politika biex jidentifikaw fejn għandhom bżonn jagħmlu aktar progress biex jimplimentaw u jtejbu l-politiki tagħhom;
  • Biex jiġi kkunsidrat bħala bażi ta’ għarfien biex jgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimmonitorjaw l-effettività tal-politiki tagħhom dwar it-tagħlim tal-adulti;
  • Biex tingħata ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-Istati Membri fiż-żieda tal-parteċipazzjoni tat-tagħlim tal-adulti; u
  • Biex jingħata sors ta’ informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku lil partijiet interessati oħra interessati fil-qasam tat-tagħlim tal-adulti.

Barra minn dan, iċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta’ EPALE għandu ’l fuq minn 3,000 riżorsa inkluż prattiki tajbin, materjal pedagoġiku, riżultati tar-riċerka, eċċ., li tista’ ssibhom interessanti għall-iżvilupp ta’ politika u għad-diskussjonijiet tiegħek

Hemm ukoll diversi funzjonijiet interattivi, inkluż il-forums ta’ diskussjoni li jippermettulek tfittex u tidentifika prattika tajba minn professjonisti fl-Ewropa. Hemm ukoll il-possibbiltà li tagħmel stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Jekk interessat/a f’din il-funzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali ta’ EPALE fuq helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Jekk qed tfittex informazzjoni dwar suġġett speċifiku, jekk jogħġbok agħti titwila lejn iż-żoni tematiċi ta’ EPALE. Iż-żoni tematiċi jqabblu l-informazzjoni miż-żoni l-oħra kollha tal-pjattaforma (aħbarijiet, avvenimenti, blog posts eċċ.) u b’hekk, int tkun tista’ ssib l-informazzjoni li qed tfittex malajr u faċilment.

Tista’ wkoll tirċievi informazzjoni aġġornata regolari dwar it-tagħim tal-adulti billi tirreġistra ma’ EPALE peress li dan se jirreġistrak awtomatikament għall-bullettin tagħna.

Jekk qed tfittex xi informazzjoni speċifika oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk tagħna permezz tal-posta elettronika fuq: helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Reġistrazzjoni

Għandi bżonn nirreġistra biex naċċessa EPALE?

Sabiex tagħmel użu sħiħ mill-funzjonijiet kollha ta’ EPALE bħat-Tfittxija tas-Sħab u d-Direttorju tal-Utenti, tipparteċipa fil-funzjonijiet interattivi tagħna bħal diskussjonijiet, stħarriġ u tikklassifika l-kontenut, u tissuġġerixxi u ttella’ aħbarijiet, avvenimenti, blog posts u riżorsi, ikollok bżonn tirreġistra. Dan tagħmlu faċilment, malajr u bla ħlas! Issieħeb illum biex issir parti minn komunità ta’ ’l fuq minn 20,000 professjonist tat-tagħlim tal-adulti.

Insejt il-password tiegħi.

Jekk insejt il-password tiegħek, tista’ tirrisettjaha billi tikklikkja fuq l-għażla Itlob password ġdida fuq il-paġna tal-illoggjar tas-sit web ta’ EPALE.

Sejra tintbagħatlek ittra elettronika li titolbok tirrisettja l-password tiegħek. Sejjer tintalab iddaħħal il-password il-ġdida tiegħek darbtejn kif ukoll captcha (test tar-Ristruttur Pubbliku Awtomizzat Kompletament (“Completely Automated Public Turing test”) - dan biex jiġi evitat l-ispam). Daħħal id-dettalji kollha u dan sejjer jilloggjak fil-pjattaforma ta’ EPALE bil-password il-ġdida tiegħek.

Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattja helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Kontenut

Kif inhu strutturat il-kontenut fuq is-sit web ta’ EPALE?

Kull ħaġa f’dan is-sit hi organizzata madwar ħames temi importanti ta’ tagħlim tal-adulti: Appoġġ għall-Istudenti, Ambjenti ta’ Tagħlim, Ħiliet għall-Ħajja, Kwalità u Politika. Kull tema għandha diversi sottotemi relatati li jiġbru flimkien il-kontenut kollu disponibbli fuq EPALE. Kull paġna ta’ sottotema tipprovdi aċċess għal blog posts, riżorsi, artikli tal-aħbarijiet, avvenimenti u diskussjonijiet relatati.

EPALE hi pjattaforma ta’ komunità u għandha diversi funzjonijiet tal-komunità inkluż: diskussjonijiet online tematiċi, li jippermettu lill-utenti minn madwar l-Ewropa biex jingħaqdu biex jiddibattu u biex jaqsmu informazzjoni dwar suġġetti importanti ta’ tagħlim tal-adulti. Il-Komunitajiet ta’ Prattika ta’ EPALE huma żoni fejn tista’ tiddiskuti u taqsam l-ideat madwar żona partikolari ta’ tagħlim tal-adulti. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, għala ma tistabbilixxix waħda ġdida billi tissottometti talba online.

Barra minn hekk, EPALE toffri wkoll faċilità ta’ tfittxija tas-sħab fejn tista’ tfittex sħab potenzjali jew toħloq it-talba tiegħek stess. Bħala parti mit-Tfittxija tas-Sħab ta’ EPALE tista’ wkoll titlob Spazju Kollaborattiv. Dan jipprovdilek żona fuq EPALE fejn tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek.

Nista’ nikkontribwixxi fis-sit web ta’ EPALE?

Bħala utent irreġistrat, tista’ tissuġġerixxi artikli tal-aħbarijiet, blog posts, avvenimenti u riżorsi. Tista’ wkoll timmarka l-kontenut billi tikklikkja fuq l-ikona li turi l-behem, tikkummenta direttament fuq il-blog posts u tibda tieħu sehem f’diskussjonijiet. Tista’ wkoll tingħaqad fil-Komunità ta’ Prattika ta’ EPALE, fejn tista’ tiskambja ideat u sfidi u tiddiskuti riżultati u approċċi dwar suġġett speċifiku ma’ professjonisti oħra tal-istudenti. Jekk inti parti minn proġett jew qed taħseb biex tistabbilixxi proġett u għandek bżonn spazju għal diskussjonijiet privati, tista’ wkoll titlob Spazju Kollaborattiv.

EPALE hija sit web multilingwi – Jekk nissottometti kontenut lis-sit irrid nittraduċih bl-Ingliż (jew bil-lingwi l-oħra) jien stess?

Tista’ tissottometti informazzjoni bil-lingwa tiegħek stess u skont it-tip ta’ kontenut (eż. punt tal-aħbarijiet, artiklu, blog, rapport, eċċ.) dan jaf jiġi tradott bit-traduzzjoni bil-kompjuter jew minn traduttur professjonali jekk jitqies ta’ interess għall-komunità usa’ ta’ EPALE.

EPALE hija disponibbli fl-24 lingwa tal-UE u kull verżjoni lingwistika għandha kontenut uniku magħżul mit-timijiet nazzjonali tagħna madwar l-Ewropa. Madankollu, issa hemm aċċess għal EPALE f’67 lingwa oħra grazzi għall-funzjoni Google Translate li għadha kif ġiet implimentata.

Kif intella’ riżorsa?

Kont taf li tista’ wkoll tippubblika l-kontenut tiegħek stess fuq EPALE? Jekk għandek riżorsa li tixtieq tippubblikaha, tellagħha billi tuża l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ riżorsa, trid tkun irreġistrat u lloggjat f’EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa hi mogħtija fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna. Meta tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ rikonoxximent. Se tirċievi wkoll ittra elettronika b’link għar-riżorsa li tkun tellajt. Ir-riżorsa tiegħek imbagħad se tiġi vverifikata mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u se tiġi nnotifikat/a meta tkun ġiet ippubblikata.

Kif intella’ avveniment?

Kont taf li tista’ wkoll tippubblika l-kontenut tiegħek stess fuq EPALE? Jekk qed torganizza aveniment u tixtieq tirrekluta delegati potenzjali minn madwar l-Ewropa, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ avveniment, trid tkun irreġistrat u lloggjat f’EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa hi mogħtija fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna. Meta tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ rikonoxximent. Se tirċievi wkoll ittra elettronika b’link għall-avveniment li tkun tellajt. L-avveniment tiegħek imbagħad se jiġi vverifikat mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u se tiġi nnotifikat/a meta jkun ġie ppubblikat.

Kif intella’ artiklu tal-aħbarijiet?

Kont taf li tista’ wkoll tippubblika l-kontenut tiegħek stess fuq EPALE? Jekk għandek xi aħbarijiet dwar l-organizzazzjoni tiegħek jew dwar proġett li int parti minnu jew jekk tixtieq taqsam xi aħbarijiet ma’ organizzazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ artiklu tal-aħbarijiet, trid tkun irreġistrat u lloggjat f’EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa hi mogħtija fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna. Meta tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ rikonoxximent. Se tirċievi wkoll ittra elettronika b’link għall-artiklu tal-aħbarijiet li tkun tellajt. L-artiklu tiegħek imbagħad se jiġi vverifikat mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u se tiġi nnotifikat/a meta jkun ġie ppubblikat.

Kif intella’ blog post?

Kont taf li tista’ wkoll tippubblika l-kontenut tiegħek stess fuq EPALE? Jekk tixtieq tippubblika blog post (taqsam il-fehmiet tiegħek, tirrapporta dwar kwistjoni speċifika jew intervista relatata mat-tagħlim tal-adulti) u jekk tixtieq tieħu sehem f’diskussjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra minn madwar l-Ewropa, imla l-formola online tagħna. Jekk jogħġbok innota li biex ittella’ blog post, trid tkun irreġistrat u lloggjat f’EPALE. Aktar informazzjoni dwar kif timla kull kaxxa hi mogħtija fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna. Meta tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “Issejvja” u se jidher messaġġ ta’ rikonoxximent. Se tirċievi wkoll ittra elettronika b’link għall-blog post li tkun tellajt. Il-blog post tiegħek imbagħad se jiġi vverifikat mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali u se tiġi nnotifikat/a meta jkun ġie ppubblikat.

Kif intella’ stampa?

L-istampi rilevanti jistgħu jżidu l-qawwa tal-messaġġ ta’ kwalunkwe kontenut ippubblikat. Jekk tixtieq ittella’ stampa mal-kontenut li tippubblika fuq EPALE (blog post jew artiklu tal-aħbarijiet), EPALE toffrilek funzjoni biex ittella’ l-midja. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fil-mistoqsija Kif intella’ artiklu tal-aħbarijiet? jew Kif intella’ blog post?. Il-menu tal-editjar pprovdut fil-formola online jippermettilek ittella’ stampa. Ikklikkja fuq l-ikona tal-midja biex tiftaħ kaxxa ġdida biex ittella’ stampa. Jekk jogħġbok innota li r-restrizzjoni tad-daqs hi ta’ 200 MB.

Kif inbiddel id-daqs ta’ stampa?

EPALE toffrilek l-għażla li ttella’ stampi għall-blog posts jew l-artikli tal-aħbarijiet tiegħek. Biex ittella’ stampa, segwi l-istruzzjonijiet fil-mistoqsija Kif intella’ stampa?. Meta l-istampa tiegħek tkun ittellgħet, ikklikkja fuqha bil-buttuna tal-lemin u kklikkja fuq “Proprjetajiet tal-istampa”. Din se tiftaħ kaxxa tad-djalogu fejn tista’ tikteb il-wisa’ u kklikkja fuq “OK” biex tissejvjah. Il-wisa’ ta’ blog post jew ta’ artiklu tal-aħbarijiet hu ta’ 780.

Kif infittex kontenut?

Biex tfittex kontenut fuq il-pjattaforma, ittajpja kelma relatata jew it-titlu speċifiku tal-kontenut li tixtieq issib fil-kaxxa tat-tfittxija li tinstab fil-paġna ewlenija u kklikkja fuq il-lenti. Din se tiftaħ paġna ġdida fejn tista’ tiffiltra r-riżultati skont id-data, ir-rilevanza, it-titlu, l-awtur, it-tip ta’ kontenut, il-lingwa u l-pajjiż.

Kif nitlob spazju kollaborattiv?

Jekk ħloqt sħubjia jew qed toħloq sħubija, spazju kollaborattiv hu l-ispazju perfett għalik biex tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek. Tista’ titlob Spazju Kollaborattiv fiż-żona tat-tfittxija tas-sħab. Se tintalab tagħti isem għall-grupp tiegħek u tagħti informazzjoni dwar l-iskop tal-grupp, it-tema ta’ EPALE li għandu x’jaqsam magħha u l-udjenza fil-mira. Se tintalab ukoll biex tagħti isem ta’ kuntatt li se jaġixxi bħala l-moderatur ewlieni tal-ispazju. Meta tkun issevjajt, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jikkuntattjak. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħbok ikkuntattja helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Kif nissieħeb f’komunità ta’ prattika?

L-ewwel, tista’ tista’ tiċċekkja l-Komunitajiet ta’ Prattika li diġà huma stabbiliti f’EPALE billi tmur fit-taqsima tal-Komunitajiet ta’ Prattika hawn. Jekk interessat biex tissieħeb f’xi waħda minnhom, ikklikkja fuq it-titlu “Abbona għal grupp” taħt id-deskrizzjoni. Se tidher paġna ġdida li titolbok biex tikkonferma li tixtieq tissieħeb. Meta tkun ikkonfermajt se tirċievi wkoll ittra elettronika. Jekk ma tistax issib komunità li tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek, għala ma tistabbilixxix waħda ġdida billi tissottometti talba online. Meta tkun issejvjajt, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jikkuntattjak. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Kif nitlob komunità ta’ prattika?

Jekk tixtieq titlob komunità ta’ prattika, mur fuq il-paġna Komunitajiet ta’ Prattika hawn u imla l-formola online hawn. Meta tkun issejvjajt, it-Tim ta’ Appoġġ Ċentrali se jivverifika t-talba tiegħek u se jikkuntattjak. Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja helpdesk@epale-support.eu (link sends e-mail).

Tfittxija tas-Sħab

Nista’ nsib sħab għall-proġetti tiegħi?

EPALE toffri faċilità ta’ tfittxija tas-sħab biex tiskambja l-ideat u toħloq opportunitajiet biex issir taf individwi jew organizzazzjonijiet. Kważi 400 organizzazzjoni huma rreġistrati fit-Tfittxija tas-Sħab b’medja fix-xahar ta’ ’il fuq minn 14 000-il darba ta’ meta utent ikun aċċessa l-paġna u 115 000-il darba ta’ meta utent ikun aċċessa l-paġna minn mindu tnediet.

Forsi għadek ma tafx, imma int tista’ tkun is-sieħeb/sieħba ideali għall-proġett ta’ xi ħaddieħor. Jekk togħġbok l-idea li tinvolvi f’ruħek f’kollaborazzjoni mal-pari u l-kollegi tiegħek tat-tagħlim tal-adulti, tista’ ssir viżibbli għal oħrajn li qed ifittxu sħab. Kemm tagħmel ċert li tagħżel li tkun inkluż fit-Tfittxija tas-Sħab meta tlesti l-profil tiegħek. Dan ifisser li meta membri oħra ta’ EPALE jfittxu d-Direttorju tal-Utenti għal sħab potenzjali, il-profil tiegħek se jiġi inkluż fir-riżultati tat-tfittxija.

Tista’ wkoll iżżid id-dettalji tal-organizzazzjoni tiegħek billi timla l-formola online hawn. Meta tkun għamilt dan, tkun tista’ żżid talba għas-sħab. Biex issib is-sħab, tista’ wkoll tibbrawżja fit-talbiet għas-sħab li diġà ttellgħu fuq is-sit. Sabiex tikkuntattja sħab potenzjali, kemm tilloggja fuq EPALE.

Bħala parti mit-Tfittxija tas-Sħab ta’ EPALE, tista’ wkoll titlob Spazju Kollaborattiv. Dan jipprovdilek żona fuq EPALE fejn tiddiskuti ideat ta’ proġetti potenzjali, tiżviluppa applikazzjonijiet u taqsam dokumenti, mingħajr ma timla l-inbox tiegħek.

Forsi għadek ma tafx, iżda int tista’ tkun is-sieħeb/sieħba ideali għall-proġett ta’ xi ħadd ieħor. Jekk togħġbok l-idea li tinvolvi ruħek f’kollaborazzjoni mal-pari u l-kollegi tat-tagħlim tal-adulti tiegħek, tista’ tagħmel lilek innifsek viżibbli għal oħrajn li qed ifittxu sħab. Kemm tkun ċert li taqbel li utenti oħra jikkuntattjawk fuq il-profil tiegħek. Tista’ taċċessa l-profil tiegħek billi tilloggja fil-kont tiegħek u tikklikkja fuq ismek fir-rokna leminija ta’ fuq.

Avvenimenti/Kalendarju

Kif nista’ nsir naf dwar l-avvenimenti dwar it-tagħlim tal-adulti?

Il-Kalendarju ta’ EPALE jipprovdi informazzjoni dwar l-avvenimenti ta’ tagħlim tal-adulti fil-livell Ewropew u nazzjonali. Dawn jinkludu konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, seminars ta’ kuntatt, avvenimenti ġenerali, korsijiet ta’ taħriġ, MOOCs u ħafna aktar. Tista’ wkoll tfittex avvenimenti skont il-lingwa, il-post, il-kliem ewlieni, id-data, it-tip ta’ avveniment, it-tema relatata, u t-tip ta’ organizzatur.

Tista’ wkoll tibgħat l-avvenimenti tiegħek stess lil EPALE. Għal aktar informazzjoni dwar kif tagħmel dan, ara taqsima 4.2.

Nista’ nippowstja avveniment fuq il-kalendarju?

Jekk taf dwar xi avveniment jew qed torganizza wieħed (konferenza, avveniment, sessjoni ta’ taħriġ, korsijiet, MOOCs, eċċ.) għall-professjonisti tat-tagħlim tal-adulti, jekk jogħġbok tella’ l-avveniment tiegħek billi tuża l-formola online tagħna hawn. Jekk jogħġbok innota li l-avveniment tiegħek jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

  • L-avveniment huwa relatat ma’ tagħlim tal-adulti (inkluż C-VET)?
  • L-avveniment għandu fil-mira partijiet interessati fit-tagħlim tal-adulti biss (jiġifieri mhux studenti)?
  • L-avveniment jindirizza wieħed mit-temi ewlenin ta’ EPALE?

Meta tkun imlejt il-kaxxi kollha, ikklikkja fuq “issejvja” u se jidher messaġġ ta’ rikonoxximent. L-avvenimenti kollha sottomessi sejrin jiġu vverifikati għall-kwalità mis-CSS jew mill-NSS rilevanti. Jekk tkun meħtieġa informazzjoni ulterjuri, se nikkuntattjawk. Meta l-avveniment tiegħek ikun ġie ppubblikat, int se tiġi innotifikat/a bil-posta elettronika.

Kif insib avveniment partikolari?

Biex issib avveniment partikolari, tista’ tuża l-filtru b’diversi wirjiet fuq il-paġna tal-Avvenimenti hawnhekk. Tista’ wkoll tittajpja l-isem tal-avveniment fil-kaxxa tat-tiftix fuq il-paġna ewlenija sabiex issib l-avveniment li interessat/a fih. Meta jidhru r-riżultati tat-tfittxija, ikklikkja fuq it-titlu tal-avveniment ta’ EPALE rilevanti biex taċċessa l-informazzjoni kollha. Tista’ tillimita r-riżultati billi tuża l-filtri pprovduti.

Il-paġna tal-avvenimenti toffri wkoll faċilità ta’ tfittxija ffiltrata (ara mistoqsija Nista’ niffiltra l-avvenimenti?).

Biex issib avveniment partikolari, tista’ tuża l-filtru b’diversi wirjiet fuq il-paġna tal-Avvenimenti hawnhekk. Tista’ wkoll tittajpja l-isem tal-avveniment fil-kaxxa tat-tiftix fuq il-paġna ewlenija sabiex issib l-avveniment li interessat/a fih. Meta jidhru r-riżultati tat-tfittxija, ikklikkja fuq it-titlu tal-avveniment ta’ EPALE rilevanti biex taċċessa l-informazzjoni kollha. Tista’ tillimita r-riżultati billi tuża l-filtri pprovduti.

Nista’ niffiltra l-avvenimenti?

L-avvenimenti jistgħu jiġu ffiltrati skont:

  • Il-pajjiż
  • Il-lingwa tal-avveniment
  • It-tema
  • Il-grupp fil-mira
  • It-tip ta’ avveniment
  • L-ispiża biex tattendi
  • Meta sejjer isir l-avveniment (inkluż avvenimenti tal-passat għall-finijiet ta’ referenza)

Sabiex ir-riżultati jitfasslu skont ir-rekwiżiti tat-tfittixija tiegħek, jista’ jiġi applikat aktar minn filtru wieħed.

Kif nista’ nsir naf dwar korsijiet ta’ taħriġ għall-professjonisti fit-tagħlim tal-adulti?

Il- Kalendarju ta’ EPALE jipprovdi informazzjoni dwar korsijiet ta’ taħriġ fil-livelli Ewropej u nazzjonali, inkluż avvenimenti online. Tista’ wkoll tfittex avvenimenti skont il-lingwa, il-post, il-kliem ewlieni, id-data, it-tip ta’ avveniment, it-tema relatata u t-tip ta’ organizzatur.

Tista’ wkoll tippowstja l-korsijiet ta’ taħriġ tiegħek stess fuq il-kalendarju ta’ EPALE. Għal aktar informazzjoni dwar kif tagħmel dan ara taqsima Nista’ nippowstja avveniment fuq il-kalendarju?

Proġetti ta’ tagħlim tal-adulti

Nista’ nħabbar/nirreklama l-korsijiet/is-sessjonijiet ta’ ħidma/taħriġ tiegħi?

EPALE toffrilek l-opportunità li tirreklama l-konferenzi, il-korsijiet u s-seminars tiegħek fil-kalendarju online, u li tibni l-profil tal-organizzazzjoni tiegħek madwar l-UE. L-avvenimenti inklużi fil-kalendarju sejrin jinxterdu permezz tal-kontijiet tal-midja soċjali ta’ EPALE, li jinkludu Twitter, Facebook u LinkedIn.

Jekk jogħġbok imla l-formola “Issuġġerixxi avveniment” hawn. L-informazzjoni sottomessa se tiġi ssejvjata bħala abbozz fuq EPALE u se tintbagħat lis-CSS għal reviżjoni. Qabel ma jiġu ppubblikati fuq il-kalendarju ta’ EPALE, l-avvenimenti kollha sejrin jgħaddu minn proċedura ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Tista’ tintalab aktar informazzjoni dwar l-avveniment tiegħek. Meta l-avveniment tiegħek ikun ġie ppubblikat fuq EPALE, int se tiġi nnotifikat/a.

Multilingwiżmu

F’liema lingwi qiegħda tiġi offruta EPALE?

EPALE hija disponibbli fl-24 lingwa tal-UE u kull verżjoni lingwistika għandha kontenut uniku, magħżul mit-timijiet nazzjonali tagħna madwar l-Ewropa. Madankollu, issa hemm aċċess għal EPALE f’67 lingwa oħra grazzi għall-funzjoni Google Translate li għadha kif ġiet implimentata.

X’qalu l-utenti potenzjali ta’ EPALE dwar il-multilingwiżmu?

EPALE wettqet stħarriġ tal-utenti f’April-Mejju 2014 biex issir taf il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar il-funzjonijiet proposti ta’ EPALE. L-istħarriġ wassal għal 1,914-il tweġiba minn 37 pajjiż u indika li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu ħassewhom komdi jużaw l-Ingliż. Madankollu, EPALE huwa sit multilingwi u l-paġni ewlenin tal-pjattaforma huma disponibbli f’24 lingwa, b’xi informazzjoni ewlenija mogħtija bis-6 lingwi ewlenin tal-UE (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk, u l-Ispanjol).

F’Settembru 2015 tnieda stħarriġ li jitla’ fuq il-web biex jikkonsulta l-utenti fir-rigward ta’ kif dawn jaraw l-iżvilupp fil-futur ta’ EPALE. L-utenti ta’ EPALE setgħu jwieġbu l-istħarriġ darba biss u riedu jwieġbu l-mistoqsija: “Kif tixtieq li s-sit ta’ EPALE jevolvi fil-futur?” Iż-żewġ tweġibiet possibbli kienu:

  • Aktar kontenut, bħal aħbarijiet, avvenimenti, blog posts u riżorsi, tradtott f’aktar lingwi
  • Aktar fokus fuq funzjonijiet tal-komunità bħat-Tfittxija tas-Sħab u forums ta’ diskussjoni

L-istħarriġ irċieva feedback minn total ta’ 1,237 utent. It-tweġibiet kienu kważi maqsumin indaqs b’mejla prevalenti lejn aktar kontenut tradott. 57.6 % ta’ dawk li wieġbu qalu li jixtiequ li jkun hemm kontenut disponibbli f’aktar lingwi waqt li 42.4 % qalu li jippreferu aktar fokus fuq il-funzjonijiet tal-komunità.

F’Mejju 2016, twettaq ukoll stħarriġ ieħor tal-utenti. L-istħarriġ esplora kif dawk li wieġbu fuq EPALE kienu saru jafu bil-pjattaforma, ir-raġunijiet għala jżuru EPALE, kemm-il darba użaw il-pjattaforma u l-kwalità tal-informazzjoni mogħtija. Sa tmiem il-perjodu tal-istħarriġ, intlaqgħu 1,171 risposta. ’Il fuq minn żewġ terzi ta’ dawk li wieġbu (68 %) involuti fl-istħarriġ kienu sodisfatti bl-ammont ta’ kontenut. Barra minn hekk, il-maġġoranza (94 %) ta’ dawk li wieġbu fuq EPALE ħassew li t-temi tal-pjattaforma kienu xierqa u rilevanti.

Komunikazzjoni

Rekwiżiti Tekniċi

Liema brawżer għandi nuża?

EPALE għandha l-għan li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-akbar firxa ta’ utenti possibbli u ma tirrakkomandax l-użu ta’ xi pakkett tas-softwer partikolari. Nipprovaw nappoġġjaw il-verżjonijiet attwali tal-firxa l-aktar popolari ta’ brawżers fis-suq u li nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli t-teknoloġiji l-ġodda disponibbli fi ħdanhom. Nirrakkomandaw li tagħmel ċert/a li jkollok installata l-aħħar verżjoni tal-brawżer tiegħek.

Neħtieġu li JavaScript ikun attivat fil-brawżer tiegħek. Għal ċerti servizzi tal-web, jaf iridu jiġu attivati wkoll Java u pop-ups.

EPALE hija konformi mad-W3C?

EPALE ssegwi ċerti standards tal-web, bħal-livelli HTML 4.01, XHTML 1.0 Transitional, CSS 2.1 u WAI A. Dawn l-istandards inħolqu mill-World Wide Web Consortium (W3C) biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-internet.