chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Links Utli ta’ EPALE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Programm Erasmus +

Il-programm Erasmus+ jimmira li jsaħħaħ il-ħiliet u l-impjegabbiltà, kif ukoll jimmodernizza l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u x-Xogħol taż-Żgħażagħ. Dan il-programm fuq seba’ snin se jkollu baġit ta’ €14.7 biljun; żieda ta’ 40% meta mqabbel mal-livelli attwali ta’ nfiq, li jirrifletti l-impenn tal-UE li tinvesti f’dawn l-oqsma. Erasmus+ se jipprovdi opportunitajiet lil aktar minn erba’ miljun Ewropej biex jistudjaw, jitħarrġu, jiksbu esperjenza fuq il-post tax-xogħol u jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom.

 

Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġett Erasmus+

Il-Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġett Erasmus+ tagħti ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-proġetti ffinanzjati taħt l-Erasmus+ u l-programmi li ġew qablu. Il-pjattaforma tagħti aċċess għal informazzjoni dwar il-proġett (deskrizzjonijiet, finanzjament, sħab, riżultati, informazzjoni ta’ kuntatt) u tenfasizza proġetti tal-aħjar prassi u stejjer ta’ suċċess (jiġifieri proġetti li ddistingwew ruħhom f’termini ta’ rilevanza tal-politika, potenzjal ta’ komunikazzjoni, impatt jew disinn).

 

EAC

Id-Direttorat għall-Edukazzjoni Ġenerali u l-Kultura(DG EAC) huwa l-fergħa eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-politka għall-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ, lingwi u sport. Id-Direttorat jappoġġja wkoll dawn l-oqsma permezz ta’ varjetà ta’ proġetti u programmi, speċjalment Creative Europe u Erasmus+.

 

EACEA

L-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali hi fdata bil-maniġment ta’ partijiet speċifiċi tal-programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, l-awdjoviżiv, l-isport, iċ-ċittadinanza u l-volontarjat.

 

Politki Ewropej marbuta ma’ tagħlim għall-Adulti

Aġenda Diġitali għall-Ewropae

Link għas-sottosezzjoni tal-Edukazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE) għandha l-għan li tgħin liċ-ċittadini u n-negozji Ewropej biex jiksbu l-iktar li jistgħu mit-teknoloġiji diġitali. Hi waħda mill-ewwel seba’ inizjattivi taħt l-Ewropa 2020, l-istrateġija tal-UE maħduma biex twassal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

 

Politka tal-UE dwar it-Tagħlim għall-Adulti

It-tagħlim għall-adulti hu komponent vitali tal-politka tat-tagħlim għal tul il-ħajja tal-Kummissjoni Ewropea. Jinkludi tagħlim formali, mhux formali u informali biex jittejbu ħiliet bażiċi, jinkisbu kwalifikazzjonijiet ġodda, avvanzament fil-ħiliet u tagħlim ta’ ħiliet ġodda għax-xogħol. Koordinaturi Nazzjonali tqabbdu biex jippromwovu l-politka ta’ tagħlim għall-adulti permezz tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti.

 

Ewropa 2020

L-Ewropa 2020 hi l-istrateġija maħduma fuq 10 snin għat-tkabbir u l-impjiegi li tnediet fl-2010. Xogħolha hu li tindirizza n-nuqqasijiet tal-mudell tat-tkabbir tagħna u li toħloq kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

 

Glossarji dwar tagħlim għall-adulti

Konverżazzjonijiet konfusi

Glossarju onlajn ta’ termini fundamentali tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza fil-lingwa Ġermaniża u Ingliża.

 

Il-Glossarju Ewropew għat-Tagħlim għall-Adulti, Livell 1

Studju dwar it-Terminoloġija Ewropea fit-Tagħlim għall-Adulti għal-lingwa komuni u fehim komuni u moniteraġġ tas-settur, livell 1. Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008 u mmexxi mir-Riċerka Nazzjonali u ċ-Ċentru tal-Iżvilupp għal-Litteriżmu u n-Numerazzjoni għall-Adulti (NRDC).

 

Il-Glossarju Ewropew għat-Tagħlim għall-Adulti, Livell 2

Studju dwar it-Terminoloġija Ewropea fit-Tagħlim għall-Adulti għal-lingwa komuni u fehim komuni u moniteraġġ tas-settur, livell 2. Tmexxa mir-Riċerka Nazzjonali għall-Kummissjoni Ewropea.

 

Terminoloġija tal-politka Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (2008)

Dan il-glossarju multilingwi jiddefinixxi 100 terminu ewlieni użat fil-politka Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Jinsab disponibbli f’sitt lingwi: Ingliż, Spanjol, Ġermaniż, Franċiż, Taljan u Portugiż. Il-glossarju hu verżjoni estiża u aġġornata ta’ ‘Terminoloġija tal-politka tat-taħriġ vokazzjonali’, 2004.

 

Terminoloġija tal-politka Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (2014)

Dan il-glossarju multilingwi (2014) jiddefinixxi 130 terminu ewlieni użat fil-politka Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Hu verżjoni estiża u aġġornata ta’ ‘Terminoloġija tal-politka Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ’ (2008) u ‘Terminoloġija tal-politka tat-taħriġ vokazzjonali’ (2004). Il-glossarju iqis prijoritajiet ġodda tal-politka tal-Unjoni Ewropea, l-aktar fl-analiżi tal-ħiliet u l-kompetenzi. Definizzjonijiet ġodda ġew żviluppati ma’ esperti mis-Cedefop.

 

Terminoloġija tal-politka ta’ taħriġ vokazzjonali – glossarju multilingwi għal Ewropa usa’ (2004)

Dan il-glossarju jiddefinixxi selezzjoni ta’ termini mill-qasam tal-politka tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (VET) fl-Ewropa. Hi maħsuba għal riċerkaturi u prattikanti u b’mod aktar ġeneriku għal dawk involuti fil-politka VET. Jinsab disponibbli f’sitt lingwi: Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Ċek, Ungeriż u Pollakk.