chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Ikkontribwixxi

Mill-għalliema sa dawk li jfasslu l-politika – EPALE għandha xi ħaġa għal kull min jaħdem fis-settur tat-tagħlim tal-adulti. Agħti ħarsa lejn xi wħud mill-benefiċċji li jkollok jekk tissieħeb fil-komunità u kif tista’ tinvolvi ruħek:

Kif tieħu parti fid-diskussjonijie

EPALE toffrilek opportunità unika biex taqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek ma’ professjonisti oħrajn tat-tagħlim tal-adulti fuq suġġetti differenti. Id-diskussjonijiet huma miftuħin u kulħadd jista’ jissieħeb – kulma għandek tagħmel huwa li tidħol fil-kont tiegħek. Tista’ ssib id-diskussjonijiet ewlenin fuq il-paġna ewlenija fuq in-naħa tal-lemin.

Biex tibda d-diskussjoni tiegħek ikklikkja fuq “Temi” fil-menu prinċipali, u agħżel it-tema li hija l-aktar rilevanti għas-suġġett tiegħek (eż. E-learning). Imbagħad fuq in-naħa tal-lemin tiegħek ikklikkja fuq “Oħloq kontenut”  -> “Diskussjoni”.

Sib sħab tal-proġett fil-qasam tal-edukazzjoni tal-adulti u ddiskuti l-ideat

Bl-għodda Fittex Sħab ta’ EPALE (EPALE Partner Search tool) inti tista’ tfittex għal sħab fil-qasam tiegħek, issib proġetti ġodda, jew tibda wieħed tiegħek stess. Jekk qed tfittex żona privata fejn tista’ tiddiskuti l-ideat mas-sħab tal-proġett tiegħek, tista’ wkoll toħloq spazju kollaborattiv. L-ispazji kollaborattivi huma żoni privati fejn int u s-sħab tiegħek tistgħu tiddiskutu suġġetti differenti, tiskambjaw fajls, taqsmu l-aħbarijiet u l-avvenimenti.

Tgħallem iżjed dwar l-għodda Fittex Sħab ta’ EPALE

Issieħeb ma’ komunità ta’ prattika għall-edukazzjoni tal-adulti

It-tagħlim tal-adulti huwa settur wiesa’. Jekk għandek interessi speċifiċi, pereżempju tagħlim tul il-ħajja jew tagħlim tal-familja, aħna nirrakkomandawlek tissieħeb ma’ komunità ta’ prattika. Il-komunitajiet ta’ prattika huma żoni miftuħin, maħluqin mill-utenti ta’ EPALE, fejn individwi li jaħsbuha l-istess jistgħu jiltaqgħu u jiddiskutu suġġetti speċifiċi, jiskambjaw fajls u jaqsmu ideat u informazzjoni. Agħti ħarsa lejn il-lista sħiħa ta’ komunitajiet ta’ prattika ta’ EPALE u jekk ma tkunx tista’ ssib dik il-waħda li qed tfittex – oħloq waħda int stess! 

Ikkummenta dwar pubblikazzjonijiet

Fuq EPALE tista’ tidħol fi djalogu dirett mal-pubblikatur tal-blog post jew tal-artikolu tal-aħbarijiet li tkun qed taqra. Taqbel magħhom? Jew forsi għandek opinjoni differenti? Kemm sempliċiment tħalli kumment biex l-awtur ikun jaf x’taħseb.