chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

tal-kamra tal-aħbarijiet

Ippremjat f'isem l-MCAST

10/11/2016
Lingwa: MT

L-Amministratur tal-Kurriklu u l-Ambaxxatur għal Malta f’isem l-EPALE, Ramon Mangion, rebaħ ir-rikonoxximent għall-aktar ambaxxatur Malti li ta kontribut f’isem l-EPALE.

L-EPALE hija komunità onlajn iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea u l-għan tagħha hu li tiżviluppa l-professjoni u ttejjeb il-kwalità tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha.

Flimkien ma’ 13 –il ambaxxatur ieħor tal-EPALE, Mangion kien qed jirrappreżenta lill-MCAST u ġie ppremjat għall-ammont u l-valur tal-kontribuzzjonijiet tiegħu.

Sehmu f’din il-komunità onlajn inkludiet; il-kitba ta’ bosta bloggs, it-tixrid tal-pjattaforma mal-istudenti tiegħu, stedina lid-Direttorat fuq stazzjon tar-radju, il-preżenza dejjiema tiegħu fil-laqgħat, u r-reġistrar kontinwu ta’ ħaddiema ġodda tal-EPALE.

Ippublikata fuq Newsbook minn Charmaine Attard: http://www.newsbook.com.mt/artikli/2016/11/10/l-mcast-fuq-l-ohrajn.53068/

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn