chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Il-matematika għall-manifattura avvanzata

25/11/2016
by Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN HU DE

Aħna lkoll nafu li l-post tax-xogħol qed jinbidel malajr, u li din hija mmexxija mill-avvanzi fit-teknoloġija. Tabilħaqq, imkien mhuwa apparenti l-impatt tat-teknoloġija fuq il-post tax-xogħol daqs kemm huwa fil-manifattura avvanzati(link esterna), settur b'implikazzjonijiet relevanti għas-saħħa tal-ekonomija usa' tal-Ewropa.

Huwa f'dan l-isfond li l-finanzjament tal-UE għall-Proġett NAMA(link esterna) tnieda tliet snin ilu, biex jgħin lil dawk li jibnu l-għodda tal-magni u l-manifattura avvanzata jimmaniġġjaw l-implikazzjonijiet tal-bidla teknoloġika. CECIMO(link esterna), L-assoċjazzjoni Ewropea tal-industriji tal-għodod tal-magni, kienet l-entità tal-industrija fis-sħubija.

Konsegwenza waħda tal-introduzzjoni ta' teknoloġiji sofistikati fuq il-post tax-xogħol huwa żieda fid-domanda għall-ħiliet matematiċi fil-fabbriki. Is-settur tal-għodod tal-magni jirrappreżenta eżempju impressjonanti. Billi hija ddominata mill-magni manwali, l-industrija rrikorriet aktar lejn ’l hekk imsejħa magni kkontrollati numerikament mill-kompjuter (CNC) bħala riżultat tal-awtomazzjoni ta' linji ta' produzzjoni fil-fabbriki. L-użu ta' softwer li jikkontrolla l-movimenti tal-magni għall-produzzjoni bil-massa ta' biċċiet tax-xogħol kumplessi kibret, l-istess kif kibret id-domanda għal ħaddiema kapaċi jħaddmu u jarmaw dawn il-magni. Ħiliet numeriċi sodi jistgħu jkunu intermedjarju għall-akkwist ta' dawn il-kompetenzi kruċjali. Iżda mhux biss dan, il-ħiliet numeriċi sodi jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fl-użu tad-disinn bl-għajnuna tal-kompjuter (CAD) għal proċessi ta' produzzjoni permezz tal-manifattura addittiva - teknoloġija revoluzzjonarja, magħrufa bħala l-istampar 3D.

Minħabba dan il-kuntest li qed jevolvi, mhux ta' b'xejn l-industrijalisti Ewropej ewlenin tal-għodod tal-magni għamlu sejħiet konġunti biex jiffokaw fuq il-ħiliet matematiċi. Wara kollox, diġà hemm sinjali ta' aċċellerazzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni fis-settur.

Il-ħtieġa għall-ħaddiema b'ħila kbira qed tintensifika hekk kif min jimpjega qed jiffoka fuq l-għarfien diġitali tal-ħaddiema tagħhom. Biex insemmi figura waħda, l-għadd globali ta' impjiegi bi kwalifiki għoljin relatati mal-manifattura fl-UE huwa mistenni li jikber b'madwar 20% sal-2025. Madankollu, nafu mill-PIAAC li l-ħiliet matematiċi tal-ħaddiema Ewropej għadhom kawża ta' tħassib.

CECIMO u l-imsieħba tagħha fir-R & Ż(link esterna), ETV(link esterna) u oqsma ta' edukazzjoni ogħla bdew il-Proġett NAMA tal-Erasmus+(link esterna) biex jinstabu soluzzjonijiet għal dan. NAMA żviluppat materjal għat-taħriġ għall-fornituri tal-edukazzjoni u għodod interattivi għall-istudenti u l-impjegati biex iżidu l-ħiliet numeriċi fl-għodod tal-magni u tal-ħaddiema tal-manifattura avvanzata. Dawn l-għodod jgħinu lill-istudenti jifhmu għaliex il-matematika hija meħtieġa fid-dinja reali, u jagħtu perspettivi interattivi faċli biex jinftiehmu ta' kif wieħed jifhem il-fergħat differenti tal-matematika. L-għan tan-NAMA huwa li ttejjeb l-impjegabilità tal-istudenti li jużaw ir-riżorsi tan-NAMA, u b'hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ħaddiema tal-manifattura avvanzati u tal-għodod tal-magni b'ħiliet u kapaċità kbira.

Il-konsorzju NAMA issa pproduċa memorandum ta' ftehim(link esterna) biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-ħiliet numeriċi u l-provvista tal-ETV speċifika għall-manifattura fl-Ewropa. Permezz ta' dan l-istrument, iċ-CECIMO u l-imsieħba tagħha fin-NAMA bi ħsiebhom iħeġġu lill-oħrajn biex jagħmlu enfasi akbar fuq il-ħiliet numeriċi fl-edukazzjoni u t-taħriġ ETV. Il-memorandum ta' ftehim jitlob li l-firmatarji japprovaw l-importanza tal-ħiliet numeriċi fl-industrija tal-manifattura avvanzata u jirrikonoxxu l-validità tar-riżorsi prodotti fin-NAMA biex jgħin jindirizza l-isfida.

In-Netwerk Ewropew ta' Ħiliet Bażiċi(link esterna) hija firmatarja bikrija tal-memorandum ta' fehim NAMA u aħna ninkoraġġixxu organizzazzjonijiet oħrajn li qed jaħdmu fil-ħiliet bażiċi jew fl-edukazzjoni u t-taħriġ relatat mal-ETV biex jingħaqdu magħna.

 

David Mallows għandu 30 sena esperjenza fl-edukazzjoni għall-adulti bħala għalliem, ħarrieġ tal-għalliema, maniġer u riċerkatur. Qabel kien id-Direttur tar-Riċerka fiċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Iżvilupp Nazzjonali għall-litteriżmu u n-numeriżmu tal-adulti (NRDC) fl-Istitut tal-Edukazzjoni UCL, f'Londra u bħalissa jirrappreżenta n-Netwerk Ewropew ta' Ħiliet Bażiċi(link esterna) fl-EPALE bħala koordinatur tematiku għall-Ħiliet għall-Ħajja.

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn