chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Studenti b'livell baxx ta' litteriżmu mid-dinja kollha jirreċtaw flimkien f'Antwerp

26/03/2018
by Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN
L-istudenti mid-dinja kollha, li attendew iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Bażika f'Antwerp tellgħu reċta flimkien is-sena l-oħra. ‘Groot Familie’ (Familja Kbira) għamlet suċċess kbir. Issa hemm anki dokumentarju qasir dwarha.
 

L-istudenti ġew mill-Belġju, miċ-Ċina, mill-Polonja, mis-Somalja, mis-Sirja, mill-Marokk, mill-Iraq u mill-Afganistan. Kollha kellhom sfond differenti, iżda kollha jsegwu korsijiet f'CBE Antwerp, ċentru għat-tagħlim bażiku fejn adulti b'livell baxx ta' litteriżmju jistgħu jitgħallmu l-Olandiż, jew il-matematika u l-ICT, kif ukoll korsijiet dwar kif isiru aktar kunfidenti.

Immexxija mid-direttur artistiku Stefan Perceval

Ħafna mill-parteċipanti ma kinux jafu lil xulxin qabel ma ħadu sehem fi Groot Familie, proġett għall-palk immexxi minn Stefan Perceval, id-direttur artistiku ta' ‘Het Gevolg’ f'Turnhout. Ma kellhomx esperjenza fuq il-palk, iżda dan ma kienx jimporta. Stefan ħadem fuq suġġetti universali: "Xi tfisser l-imħabba? Il-familja tiegħek? Ommok?” Dawn huma kollha affarijiet li jgħaqqduna, irrispettivament minn kemm aħna differenti. Dan l-approċċ ġiegħel lill-grupp jirrilassa aktar.

 
 

Estendew il-limiti tagħhom

Madankollu, għall-bidu xorta waħda sabuha diffiċli li jidraw. Ħafna mill-istudenti kellhom jidraw id-drawwiet ta' pajjiżna, il-Belġju. Pereżempju, ma kienx faċli għal ċerti studenti li jmissu lil xulxin. F'xena minnhom, żewġ studenti kellhom iressqu rashom viċin ħafna ta' xulxin. Wieħed mill-parteċipanti rġiel sabha diffiċli ħafna. Għall-ewwel uża biċċa drapp, biex ma jkunx hemm kuntatt dirett. Iżda eżatt qabel il-preżentazzjoni tar-reċta, għamilha mingħajr drapp. Ħafna nies qabżu l-limiti tagħhom.

 

Il-lingwa 

Il-parteċipanti rreċtaw bl-Olandiż, u dan ma kienx dejjem faċli għall-ewwel. Ċerti studenti kienu għadhom kemm jibdew il-lezzjonijiet tal-Olandiż. Iżda dan ma kienx jimporta. Setgħu wkoll jesprimu fiżikament dak li riedu jgħidu, b'movimenti jew biż-żfin.

 

Biljetti mibjugħin kollha

‘Groot Familie’ ġiet ippreżentata għal sitt darbiet quddiem teatru mimli. Dan kien suċċess kbir, iżda aktar importanti minn hekk, huwa l-impatt li l-proġett kellu fuq l-istudenti. Saru tabilħaqq familja waħda kbira. Issa jikkomunikaw flimkien fuq Facebook u minn żmien għal żmien jiltaqgħu, pereżempju biex imorru t-teatru flimkien.

 

Inbidlu

Ħafna mill-istudenti verament inbidlu minħabba r-reċta. Wieħed minnhom kien joħroġ biss għax-xogħol u għal-lezzjonijiet tal-Olandiż. Qatt ma kien ikellem lill-kollegi tiegħu, u lanqas lilna fl-iskola, sakemm ma ħax sehem fil-proġett tat-teatru. Issa kapaċi jitkellem quddiem klassi biex iħeġġeġ lil studenti oħrajn għall-proġett. Hija ħaġa tal-għaġeb kif dan il-proġett bidlu. 

 

Fl-aħħar ta' Marzu sejra tiġi ppreżentata reċta oħra għall-ewwel darba. Jisimha ‘I am a lion’ (Jien iljun).

 

Tania Polak hija għalliema f'Open School Antwerp li ħadmet fuq il-proġett flimkien ma' Stefan Perceval, id-direttur artistiku.

Dan il-blog huwa bbażata fuq artiklu li deher qabel fuq cultuurkuur.be

 
Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn