chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Għandi d-dritt li nikteb!

23/04/2018
by Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN FR DE

 

Għandi d-dritt li nikteb.

Iżda għandek il-mentalità t-tajba?

 

Għandi kull ma rrid. Għandi t-tfal. Flus. In-negozju tiegħi. Iżda ma nafx naqra. Ma nafx nikteb. Ħbejtha minn ħafna nies. M’hemm xejn aktar li rrid f’ħajti milli nkun kapaċi naqra u nikteb! Irridha għalija nnifsi. Għandi bżonnha biex inkun nista’ ngħin lil uliedi. Tgħinni fix-xogħol u fir-relazzjonijiet personali. Iżda min jista’ jifhem il-mod kif inħossni? Ma naħsibx li hemm xi għalliem li jista’ jgħinni verament għaliex ma jistgħux jifhmuni.

 

Il-kliem ta’ Ben ħallewni bla kliem*. Kienet laqgħa każwali f’avveniment soċjali.

Iżda ma stajtx nieqaf naħseb. Jien nista’ nikteb. Ben għandu d-dritt li jikteb.

Kollha għandna d-dritt li niktbu.

 

Fi tfittxija għal ġustizzja soċjali permezz tal-edukazzjoni, l-approċċ tal-kapaċitajiet jippromwovi l-litteriżmu bħala sors qawwi ta' aġenzija, awtonomija u mobilità soċjoekonomika (Nussbaum, 2000; Sen, 2003). L-illitteriżmu min-naħa l-oħra huwa meqjus bħala nuqqas ta' sigurtà, deprivazzjoni u inugwaljanza (Maddox, 2008).  L-istatistika globali tal-litteriżmu tal-adulti hija tfakkira ta’ swied il-qalb tal-inugwaljanza soċjali u ċ-ċaħda tal-kapaċità. Fis-sens wiesa' tiegħu, il-litteriżmu fi ħdan l-approċċ tal-kapaċità huwa dritt soċjali għal kull bniedem u fattur ewlieni tal-benessri (Maddox, 2008).


Skond Hartas (2014), "il-[f]unzjonijiet huma relatati mal-kundizzjonijiet differenti li jiċċirkondaw il-ħajja tan-nies. Ġenituri edukati, pereżempju, jistgħu jkunu f'pożizzjoni aħjar biex joffru appoġġ għat-tagħlim fid-dar u joħolqu kundizzjonijiet ta' tagħlim li jwasslu għall-kisbiet akkademiċi tat-tfal "(p. 166). Il-funzjonijiet jistgħu wkoll jirrelataw mar-restrizzjonijiet soċjali tal-ġenituri li jistgħu jiffaċċjaw biex isostnu lit-tfal tagħhom fl-edukazzjoni (Hartas, 2014). Il-kapaċitajiet min-naħa l-oħra jirreferu għall-abbiltajiet tal-ġenituri biex jegħlbu dawn ir-restrizzjonijiet. F'din il-perspettiva, sakemm ma nipprovdux l-appoġġ xieraq lill-familji biex jegħlbu r-restrizzjonijiet tagħhom, l-illitteriżmu jista' jsir ċiklu vizzjuż.

 

Ċiklu ta’ dieqa li huwa ta’ nuqqas kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti.
U hemm fejn nistgħu nitjiebu.

Iżda kif nistgħu nagħmlu dan?

 

Inti tista’ tkun l-edukatur għall-adulti li tagħmel differenza.

Tista’ twaqqaf iċ-ċiklu.

Tista’ tagħti lil Ben id-dritt li jikteb.


Tista' tipprovdi tali intitolament soċjali qawwi u fundamentali għall-benesseri tal-Bens kollha li tiltaqa’ magħhom.

Iżda għandek il-mentalità t-tajba?

 

 

3 Għajnuniet ewlenin biex tintlaħaq il-mentalità t-tajba li tingħata s-setgħa lill-istudenti adulti b'ħiliet fil-litteriżmu:

  1. Ittrattahom bħala studenti adulti iżda tinsiex li dawn jistgħu jkunu qed jibżgħu bħal kull student ieħor.

Tiftakar l-ewwel ġurnata tal-iskola tiegħek? X’jagħmlu l-ġenituri b’uliedhom fl-ewwel ġurnata tagħhom? Jinkoraġġuhom bi kliem ta’ konfort? Għandna nirrikonoxxu wkoll li l-esperjenza ta' studenti adulti li jibdew jitgħallmu jaqraw tista' tkun tal-biża’ daqs l-ewwel ġurnata tal-iskola ta' tifel ta’ 5 snin. Għandhom bżonn li jiġu imħeġġa. Inti tista’ tkun il-fattur tal-bidla. Irrikonoxxi kull pass iżda agħmel sforz biex tuża riżorsi għall-adulti.

  1. Tassumix iżda sir afhom!

Sir af għaliex iridu jitgħallmu jaqraw u jiktbu. X’waqqafhom milli jagħmlu dan qabel? Tassumix. Tgħallem l-istorja tagħhom u sib iċ-ċavetta għat-tagħlim tagħhom. Biex tibda trid il-kuraġġ. Ejja nkunu onesti. Kieku inti tkompli tilgħab l-istess logħba jekk tibqa’ titlef? Jien le. Forsi ma sabux l-appoġġ it-tajjeb biex ikomplu qabel. Inti tista’ tkun dak l-appoġġ. Sir afhom. Skopri x’inhi l-motivazzjoni interna tagħhom biex jitgħallmu. Jekk tkun tafhom sew tista’ tagħmel differenza kbira fil-vjaġġ tat-tagħlim.

  1. Tħallihomx jaqtgħu qalbhom iżda aktar importanti, taqtax qalbek inti!

Tħallihomx jaqtgħu qalbhom. Jista’ jkun ma jitfaċċawx. Dan ma jfissirx li ma jimpurtahomx. Xi drabi tfisser: qed nibża. Qed nibża li nerġa’ nfalli. Ma rridx naqta’ qalbi iżda inti se tiġġudikani? Urihom li jimpurtak. Ħallihom isiru jafu li mhux għalihom biss importanti li jitgħallmu jaqraw u jiktbu. Iżda hija importanti għalik ukoll. Inti parti mis-sistema. Is-sistema li għandha tagħti dan id-dritt. Inti se tkun li ma tħallihomx iċedu d-dritt tagħhom iżda se tgħinhom jiktbu.

 

Iżda kif se nagħmluha sew din id-darba?

It-tweġiba hija sempliċi: m’hemmx l-aħjar metodu waħdieni.

 

Madankollu l-identifikazzjoni ta’ xi strateġiji tista’ tagħmilha aktar relevanti biex tgħin lill-istudenti jirnexxu. Tista’ tibda billi jkollok il-mentalità t-tajba u bl-integrazzjoni tar-riżultati bi prattiki tal-andragoġija li jagħmlu sens. It-tassonomija ta' Bloom tista' tgħinek biex tikklassifika r-riżultati tat-tagħlim u tappoġġa lill-istudenti biex jibnu t-tagħlim. Il-prinċipji tal-andragoġija ta’ Knowles (2014) jistgħu jintrabtu mat-Taxonomija ta' Bloom b'dan il-mod:

  • Involviment u feedback = Ftakar u Spjega
  • Relazzjoni mal-esperjenzi tagħhom stess = Applikazzjoni
  • Rilevanti għall-ħajja jew għall-għanijiet attwali tagħhom = Analiżi u Sinteżi
  • Solvien tal-problemi = Evalwa u Oħloq

 

 

Ftakar:

It-tagħlim huwa ċiklu kontinwu.

Aħna lkoll għandna d-dritt li niktbu.

Inti għandek il-mentalità t-tajba biex tieħu rwol attiv fiċ-ċiklu?

 

/epale/mt/file/capturepng-3capture.png

(eLearning Industry, 2018)

 

 

Pamela Spiteri hija l-Uffiċjal Edukattiv għall-Prevenzjoni ta' Tluq bikri mill-Iskola fl-unità ESL ta' Malta.
Bħalissa qed issegwi programm ta' PhD fl-Edukazzjoni u l-Ġustizzja Soċjali fl-Università ta' Lancaster u qabel kisbet Masters fl-Edukazzjoni: Tagħlim, lezzjonijiet u riċerka mill-Università ta' Sheffield.
Pamela hija wkoll lecturer viżitatur fl-Istitut għall-Edukazzjoni fl-oqsma tal-pedagoġija, andragoġija u l-ġustizzja soċjali. Tappoġġja wkoll l-istudenti għalliema bħala t-tutur tagħhom matul il-prattika tat-tagħlim tagħhom kemm fl-Istitut għall-Edukazzjoni kif ukoll fl-Università ta' Malta.

 

 

Referenzi:

eLearning Industry. (2018). The Adult Learning Theory - Andragogy - of Malcolm Knowles - eLearning Industry. [online] Available at: https://elearningindustry.com/the-adult-learning-theory-andragogy-of-mal... [Accessed 22 Mar. 2018].

Hartas, D. (2014). Family Policy and the Capability Approach to Parents’ and Children’s Well-Being. In: Parenting, Family Policy and Children’s Well-Being in an Unequal Society. Palgrave Macmillan, London, pp. 166-187.

Knowles, M.S., Holton III, E.F. and Swanson, R.A., 2014. The adult learner: The definitive classic in adult education and human resource development. Routledge.

Krathwohl, D.R., 2002. A revision of Bloom's taxonomy: An overview. Theory into practice, 41(4), pp.212-218.

Maddox, B. (2008). What good is literacy? Insights and implications of the capabilities approach. Journal of Human Development, 9(2), pp. 185-206.

Nussbaum, M.C. (2000). Woman and Human Development: The Capabilities Approach. Cambridge University Press, Cambridge.

Sen, A. (2003). ‘Reflections on literacy’. In: C. Robinson, ed., Literacy as freedom. UNESCO, Paris, pp. 21-30.

 

 

Share on Facebook Share on Twitter Share on Google+ Share on LinkedIn
Refresh comments Enable auto refresh

Qed jintwerew 1 - 2 minn 2
  • Cath Harcula's picture
    Interesting references to Hartas D (2014).  Family Learning programmes have been shown to engage parents with low levels of literacy as they are motivated to ensure that their children achieve.
  • Pamela Spiteri's picture
    Thanks for your feedback Cath Harcula. I tend to agree and find that Hartas has discussed this quite well in her work.